best deal

Monday, 28 August 2017

Illejla fuq it-TV se nittanta ma nibqax fuq l-ixkaffa.




Darren iddejjaq fuq l-ixkaffa. Jixtieq isib it-tfajla tal-ħolm tiegħu. Ilu jipprova. Illejla se jipprova jsibha minn fuq it-television. Minn fuq Tough Luck. Illejla wara l-aħbarijiet tat-8.00 fuq TVM. 



Darren Pace huwa wiehed mil-kompetitur tal-programm tal-lejla ta’ Tough Luck. Illejla Darren se jirrakonta għaliex iddejjaq jekk nistgħu insejħulu hekk fuq l’ixkaffa' u se jirrakonta  ukoll, għala it-tfajla ideali tiegħu ma tridx tkun tħobb il-klieb.


Darren huwa persuna li tħobb ħafna il-festa ta’ Santa Venera u jħobb ħafna il-futball. Pero huwa persuna storbjuż ħafna u għaldaqstant il-ħbieb ta’ Darren jixtiequ li llum fil-programm, Darren  jirnexxielu jsib it-tfajla ideali tiegħu.


Clint Portelli wkoll se jkun f’Tough Luck tal-lejla u se jirrakonta l-istorja tiegħu. Clint ibagħti min brain damage. Huwa twieled b’din il-kundizzjoni u ma kinitx faċli għalih. Sfortunatament Clint tilef lil missieru meta kien għadu żgħir.

Clint jirrakonta kemm kienet iebsa ħajtu speċjalment kemm kien iħossu mweġġa meta kienu jghajruħ in-nies minħabba il-kundizzjoni tiegħu.

Fil-programm se titkellem ukoll omm Clint u tirrakonta il-weġa ta’ omm kull darba li kienet tara lil binha jiġi 'bullied'.

It-tielet storja tal-lejla se niltaqgħu ma Elaine Dimech, persuna li daħlet tistudja ta’ 30 sena u li rnexxiela tasal fejn riedet għax qegħda taħdem mat-tfal bħalma dejjem xtaqet. Tħobb tagħmel il-crafts u llum waqt il-programm se naraw ħafna xogħol min tagħha. 

Tkunu tafu aktar illejla fil-programm Tough Luck.






No comments:

Post a Comment