best deal

Monday, 7 August 2017

"In-nies għadhom iwaqfuni u jgħiduli li kienet l-isbaħ diska"



Janice Mangion, li fil-Eurovision li għadda ġiet fit-tieni post bil-kanzunetta Kewkba, għadha mhijiex ċerta jekk se terġax tipprova tieħu sehem fil-Eurovision.


Ma' Xarabank Janice tispjegalna x'qed tagħmel: "Bħalissa qed naħdem fuq materjal ġdid iżda xorta mhux ċerta jekk se nerġax nipprova nieħu sehem fil-Eurovision. Jekk inkun ċerta mill-materjal li qed naħdem fuqu u jkun tajjeb daqs il-kanzunetta Kewkba iva nerġa' nipprova imma jekk ikolli dubju ma niħux sehem."

Jekk terġa' tieħu sehem, se terġa' tkanta bil-Malti? Janice tweġibna: "Iva nerġa' nkanta bil-Malti għaliex hawn għatx kbir għal-lingwa tagħna kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna."

Sal-lum il-ġurnata lil Janice għadhom iwaqqafuha n-nies dwar Kewkba. "In-nies għadhom iwaqfuni fit-triq u jgħiduli li kienet l-isbaħ diska li kien hemm din is-sena fil-Eurovision," tistqarr Janice.




Fil-jiem li għaddew, Cyprian Cassar ħareġ il-verżjoni remix tal-kanzunetta Kewkba. Dan wara li t-tim li ħadem fuq il-kanzunetta xtaqt jagħtiha libsa ġdida biex tinżel sew mas-semmiegħa tar-radju.

Wieħed jista' jara l-vidjow mużikali ta' din ir-remix hawn taħt:


Għal iktar informazzjoni dwar Janice Mangion, tistgħu tagħtu ħarsa lejn il-paġna tagħha fuq il-midja soċjali: http://www.facebook.com/janice.mangion.official jew
http://www.twitter.com/janimangion.

2 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. I am not an avid fan of Eurovision and I don't really follow song festivals or the local music scene in general.. BUT.. I totally agree that Kewkba should have won hands down. I don't always feel that the Maltese language lends itself too well to songs, but this one caught my attention right away and I was humming the tune right after the first time I heard it. Then I kept playing it over and over. I am convinced that with Janice's voice and interpretation, this song would have easily placed in the first 3 at the Eurovision Song Contest.

    ReplyDelete