F'post fuq Facebook, omm imweġġa' kitbet hekk: “Din is-sena t-tifel tiegħi li huwa kważi 17 iddeċieda li jaħdem ftit xhur tas-sajf u
jaqla' ftit flus żejda. Huwa qiegħed jaħdem f'restorant f’Marsaskala u kien
tassew entużjast li sab l-ewwel
impjieg. Fit-tieni jum, meta mar biex
jieħu l-ordnijiet, tal-mejda, li kienu barranin, insistew li jkunu servuti minn
persuna differenti .”
Gabriel, peress li għadu qed jitħarreġ, intervjena minfloku l-maniġer u staqsa x’inhi r-raġuni għal din it-talba. It-tweġiba kienet li dawn ma ridux li jkunu moqdija minn raġel skur.
Ir-rispons fuq
din il-post kien wieħed kbir u pożittiv tant li xi nies bdew jistaqsu fejn hu r-restorant sabiex imorru hemm. L-omm tkellmet magħna u qaltlilna: “Mhux l-iskop
tiegħi li nqajjem drama. Kienet il-frustrazzjoni li ġegħlitni nikteb hekk. Hija stramba li wieħed jirrifjuta servizz mingħand xi ħadd għax ta’ kulur skur.”
Ta' min isemmi li l-maniġer dak il-ħin skuża ruħu f’isimhom u qal li jekk din l-istorja
terġa’ tirrepeti ruħha, dawn ma jiġux servuti u se jkunu mitluba jħallu l-post.
No comments:
Post a Comment