best deal

Friday, 25 August 2017

Jekk l-ewwel ġurnata bla ħlas, nieħdulu jumejn


Interessanti kif ħafna mill-ħaddiema li qed jismgħu bil-proposta tal-Employers' Association qed iwieġbu, 'mhux nieħdulu jumejn?' 

Sa issa l-unika union li ħarġet titkellem kontra din il-proposta hi l-General Workers' Union.




L-Employers' Association qed tipproponi li l-ewwel ġurnata tas-sick leave għandha tkun bla ħlas, peressli qed ikun hemm żieda qawwija ta' sick leace fost il-ħaddiema, speċjalment wara l-weekend.

L-Employers' Association stqarret ukoll li fl-eventwalita' li l-ħaxixa ssir legali f'Malta, min iħaddem għandu jkollu dritt ikeċċi lil ħaddiema li jinqabu jpejpu l-ħaxixa waqt ix-xogħol u għandu dritt jagħmel testijiet fuq il-ħaddiema li jrid biex jiċċekkja jekk humiex taħt l-effett tad-droga. Qalu ukoll li min iħaddem għandu jkun infurmat dwar ħaddiema li jikkonsmaw il-ħaxixa, anki wara l-ħin tax-xoghol, u għandu dritt li ma jħalliex il-ħaddiema jaħdmu jekk ikunu taħt l-effett tal-ħaxixa. 

Ir-raġuni ewlenija għaliex l-Employers' Association qed tagħmel dawn il-kundizzjonijiet fuq l-użu tal-ħaxixa mill-ħaddiema hi għax persuni li jikkonsmaw din id-droga għandhom iżjed ċans li jkollom bżonn is-sick leave. 

Skont l-Employers' Assocation r-raġunijiet għala dawn il-persuni hemm iżjed ċans li jkollom bżonn leave huma; a.) li d-droga fiha nnifisha tista' tikawza ċerta mard, u b.) għax jista' jkun hemm ħaddiema li jieħdu is-sick leave peressli jkunu għadhom taħt l-effett tal-ħaxixa meta jsirihom il-ħin għax-xoghol.


1 comment:

  1. u dawn ha jihduwa is sick tahom ? maw lebda persuna li taqbel maha ghalix iriduna skajvi lil hadima mhux bizejet inbatu bix naqilu lira ? ara dawn ma tafetwahomx lijlom ax andom flus bir rimi

    ReplyDelete