Ftit tax-xhur ilu Shanaia Micallef għadha kemm għamlet operazzjoni biex tibdel is-sess tagħha. Illum Shanaia tista' tgħix ħajjitha iżjed komda għaliex id-dehra ta' ġisimha tirrifletti l-persuna li verament hi.
Illejla f'Tough Luck, Shanaia se tirrakkonta kif kienet tħossha meta kienet għadha żgħira u kienet tgħix f'ġisem ta' tifel. Kulħadd kien jgħajtilha b'isem ta' tifel u kulħadd kien jassumi li hija tifel, filwaqt li hi kienet tħossha tifla.
Shanaia se tirrakkonta x'ġara dakinhar li qalet lil ommha li hi tifla u mhux tifel kif dejjem ħasbu li hi.
Shanaia se tirrakkonta x'ġara dakinhar li qalet lil ommha li hi tifla u mhux tifel kif dejjem ħasbu li hi.
Shanaia se taqsam ukoll l-esperjenza tagħha tal-operazzjoni serja li għamlet ftit żmien ilu, u tgħidilna illum kif qiegħda tħares lejn il-futur.
Leanne Cini wkoll se tkun f'Tough Luck tal-lejla u se tirrakkonta l-istorja stramba ta' kif fil-honeymoon ma raqditx mar-raġel tagħha biss. Leanne se tgħidilna wkoll kif il-prewedding tagħha spiċċa praspura wara li ddeċidiet li tagħmlu fil-baħar.
Leanne tgħix ħafna minn ħajjitha b'uġigħ li ma jista' jifmhu u jispjegah ħadd. Leanne tbati mill-fibromyalgia.
Giulia Borg hija persuna li ddeċidiet li tibdel ħajjitha kompletament. Illum tgħix għal bintha.
Illejla f'Tough Luck se nsiru nafu ħafna dwar Giulia mingħand kuġinitha u mingħand il-ħabiba tagħha. Li nafu sa issa hu li Giulia ffissata li trid kollox fl-ordni u f'postu!
No comments:
Post a Comment