best deal

Tuesday, 29 August 2017

Joseph, ta' 13-il sena beda jieħu d-droga



Meta Joseph kellu 9 snin, ma kienx iħossu bħal tfal oħra. Kien iħossu bniedem differenti maqtugħ minn kulħadd. Kien iħossu mdejjaq.




“Niftakarni darba mort Ta’ Qali  u qbadt biċċa ħaxixa minn mal-art u ppruvajt impejjipha,” jirrrakkonta Joseph.

Joseph ma kien jiftaħ qalbu ma’ ħadd. Kollox magħluq fih innifsu. 

Ta’ 13-il sena Joseph jibda jieħu l-ħaxixa. Ta’ 15-il sena jibda jieħu l-ecstasy. Ta’ 16-il sena beda jieħu l-kokaina. Ta’ 17-il sena beda jieħu l-ismack. Ta’ 18-il sena kien qed iħallat id-drogi kollha li kien hawn fis-suq.

 “Spiccajt nonfoq €350 kuljum.”

Wara 14-il sena jieħu d-droga, Joseph jeħel il-ħabs. Joħroġ u jibqa’ jieħu d-droga. Fil-preċett ta’ ibnu jerġgħu jdaħħluh il-ħabs.

Joseph jiddeċiedi li jagħmel il-programm tal-Caritas. Għalkemm ma kinitx ħaġa faċli, kien iddeterminat li jieqaf għal kollox minn dan il-vizzju. 

Sakemm kien qed jagħmel il-programm fil-Caritas, Joseph kien iħossu tajjeb.

“Kont inħossni safe għax dawk in-nies ma ħassejthomx pulizija fuqi, iżda nies iddedikati u li għenuni ħafna.”

Imma meta Joseph kien jasal biex joħroġ mill-programm tal-Caritas, kien imur imwerwer li se jerġa’ jaqa’. U hekk ġralu.

“Għamilt il-programm tal-Caritas 3 darbiet, biex fl-aħħar irnexxieli naqta’ d-droga kompletament. Naqa’ u nqum, nerġa’ naqa’, nerġa’ nqum, u nerġa’ naqa’ u nqum aktar b’saħħti.”

Illum il-ġurnata Joseph huwa clean mid-droga.

Joseph jixtieq jgħin,

“Illum nirrealizza li m’iniex waħdi u nixtieq ngħin lit-tfal u ż-żgħażagħ biex ma jgħaddux mill-istess tbatija li għaddejt jien. Nixtieq nesprimi ruħi permezz tat-tattoos.”

Fil-fatt Joseph jurina tattoo li għamel f’żaqqu. L-arma tal-Caritas li tirrappreżenta ħajja ġdida li wasslitu biex jegħleb il-problema tad-droga.







X’inhi x-xewqa ta’ Joseph illum?

Joseph jixtieq jgħallem fl-iskejjel bl-esperjenza ta’ ħajtu stess biex iwassal l-messaġġ li qatt m’għandek tibda tieħu d-droga.

Jekk inti għandek il-problema tad-droga u qed tfittex l-għajnuna tista’ ċċempel fuq dan in-numru tal-Caritas 25906600.




No comments:

Post a Comment