![]() |
Dr Deo Debattista Segretarju Parlamentari |
Peppi Azzopardi jinsisti li din hija inġustizzja kbira fuq in-nies li kellhom tabib jew avukat jew accountant jew nutar u mil-lum għal għada ma jkunux jistgħu jużaw is-servizzi tagħhom għax isiru ministri.
Xarabank.com.mt tkellem ma’ Dr. Deo Debattista. Qalilna li hu jħossu skomdu li kellu jitlaq pazjenti, wħud li ilhom għandu 30 sena, hekk ħabta u sabta. “Jien naqbel li jkun hemm żmien ta’ tranżizzjoni u l-pazjenti nibqgħu narawhom bla ħlas u nidderiġuhom biex isibu alternattiva li jkunu komdi biha huma.”
Din l-issue mhijiex ġdida tant li l-Profs Franco Mercieca, speċjalista tal-għajnejn, kellu jitlaq minn segretarju parlamentari għax ma setax iħalli lill-pazjenti ‘lampa u stampa’. Xi jiġifieri pazjent li jkun operat ġimgħa qabel, l-istess professur ma jistax jarah għax issa sar ministru?
Il-każijiet jinkludu wkoll lill-professjonijiet l-oħra kollha. “Jien mort nikxef għajni ma’ avukat u f’daqqa waħda ma setax jiddefendini jew imqar jarani għax laħaq ministru,” qaltilna persuna li tixtieq tiġi titkellem fil-programm Xarabank.
Peppi Azzopardi qed jipproponi li wara li jinħatar ministru jew segretarju parlamentari, b’rispett lejn il-pazjenti jew klijenti, għandu jkun hemm sitt xhur ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni. F’dan il-perjodu, il-professjonist ikun jista’ jibqa’ jara lill-pazjenti/klijenti u jagħtihom direzzjoni fejn jistgħu jmorru biex ikollhom persuna ta’ fiduċja tagħhom.
Jien onestament ma naqbilx maghha galadarba l-Prim Ministru ta' Malta hu wkoll il-Kap tal-Partit Laburista, allura hekk hemm eccezzjonijiet ghar-regola ghandhom japplikaw ghal kulhadd dawn?
ReplyDeleteDr Deo t-tabib tal-familja u mahbub minnha kollha. it-tfal mindu twieldu dejjem hadnihom ghandu u l-unika dispjacir li ghandna li sar segretarju parlamentari hija li tlifnieh ahna. dejjem b'dik id-dahqa bniedem mahbub wisq!
ReplyDeleteqed tara hux meta l kwistjoni tolqot lilek kemm thossa .. staqsi l pazjenti ta franco mercieca msieken .. kemm qalawlu kienu ghax baqa jopera !!! .. jien nahseb li t tobba ghandom jaraw xorta lil pazjenti bla hlas f certu hinijiet u ghal ftit hin .. it tobba l izjed u mhux nutari jew avukati .. meta nqisu li hemm pazjenti li jkunu drawh tabib u jkun jaf l istorja medika taghhom mhux sew li jaqtaw f daqqa ... j alla titranga ...
ReplyDelete