best deal

Wednesday, 16 August 2017

Kieku l-video tal-mara għarwiena ġie għandek l-ewwel, kont ittellgħu fuq l-internet?


Wara li kien ippubblikat il-video tal-mara għarwiena xi jiem ilu, ġbarna ftit reazzjonijiet kuntrastanti ħafna.

Kien hemm ħafna li kkundannaw il-fatt li ġie ippubblikat dal-filmat. Oħrajn jemmnu li mhux talli għandna nippubblikawh, imma talli għandu jiġi mgħallem fl-iskejjel.


Andrew Farrugia jgħid: "Hija xokkanti li xi nies jieħdu gost u pjaċir minn dawn is-sitwazzjonijiet traġiċi, xokkanti, tad-dwejjaq..."

Malcolm Seychell ma jaqbel xejn ma' Andrew Farrugia, u kiteb status li jgħid: "Naqbel ma' filmati bħal dawn ħalli jarawhom iż-żgħażagħ tagħna u jkunu jafu x'tagħmillek id-droga. Dan il-filmat għandu jiġi mgħallem fl-iskejjel."

Malcolm Seychell, opinjonist

Aħna tkellimna mal-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' PBS, Reno Bugeja, u staqsejnieh għalfejn ippubblika dan il-filmat.

"Ridt nuri r-realtà vera ta' Paceville. Din hija biss x'inqabad fil-cameras. Dan kien l-iskop," qalilna Reno Bugeja. "Jiena stess mort għand il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia, li sa dak il-ħin lanqas kien jaf biha, u rringrazzjani u tani kumment."

Reno Bugeja, Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta' PBS

Mhux hekk jaħseb l-editur ta' The Times, Herman Grech, li kiteb: "Mhux se nippubblikaw dan il-filmat għax aħna nirrifjutaw li nkunu parti minn din il-freak show."

Iżda madwar sena ilu, meta fuq il-front ta' San Ġiljan kien ħareġ raġel jiġġoggja għarwien, it-Times kienet ħarġet storja u ppubblikat filmat tar-raġel jiġri għarwien.

Herman Grech, Editur ta' The Times

Fuq Facebook, in-nies staqsew lil Herman - allura tal-mara kellek problema tippubblikah u tar-raġel le?

Mark Mallia jagħmel dan il-punt grafiku: "Fi żmien l-ugwaljanza, raġel għarwien tgħidx kemm nibagħtuh jieħu ’l hemm u ’l hawn, imma mara tintefa' għarwiena ġo trakk taż-żibel ngħidu li każ mentali."

Kien hemm min qal li hija għarukaża li wħud minn dawk preżenti kienu aktar moħħhom biex jiġbdu l-filmat tal-mara milli biex jgħinu.

Robert Musumeci jikteb din is-sentenza: "Taf xiex? Minn dawk preżenti, is-suwed ħennew għaliha."

Robert Musumeci, perit u avukat

Fuq Facebook kien hemm min tella' filmati ta' wieħed iswed qed jiffilmja. Oħrajn semmew kemm kienu effiċjenti l-Pulizija. Rosalie Freestone-Bayes qalet li l-persuna li ffilmjat instemgħet tidgħi bil-Madonna u nstemgħet tidħak bil-mara.

Charles Caruana Carabez jirrakkonta li meta kien jaħdem fl-Education, kien iġġieled ħafna biex il-karattru ta' Ġaħan ma jibqax jiġi mgħallem fl-iskejjel. "Dak iż-żmien, mingħajr ma kienu jafu u mingħajr ma kienu qed jirrealizzaw, l-għalliema kienu qed jgħallmu lit-tfal kif jirredikolaw persuna 'mhux bħalhom,' bħal Ġaħan.

Charles Caruana Carabez, edukatur u opinjonist

Charles Caruana Carabez assuma li din il-mara kienet qed tagħmel hekk minħabba li ħadet id-drogi u jwissi: "Għadu kif kellna eżempju prattiku ta' kif jaħdmu d-drogi għal skop ta' rikreazzjoni."

Mill-ewwel iwieġeb Sigo Gatt: "Xi kultant id-drogi huma wżati minn persuni li jridu jinsew ir-realtà li ma jkunux jifilħu jgħixu...just saying."

Inti x'taħseb? Ikkummenti hawn taħt.

No comments:

Post a Comment