best deal

Monday, 14 August 2017

L-istorja ta' kif dan it-tifel xegħel xemgħa u qabbad id-dar


Matthew Attard jgħoddha b'waħda għax meta kien żgħir kien kważi ħaraq id-dar. Kien qed jilgħab, xegħel xemgħa, u ħa kullimkien.

Matthew huwa wieħed mill-parteċipanti li se jkunu fuq Tough Luck illejla, u se jirrakkonta l-istorja kollha. Fil-programm ukoll se jirrakkonta kif iltaqa' mat-tfajla fuq programm tat-televixin. Illum għandu l-familja tiegħu u llejla se jilgħab bit-tama li jirbaħ laptop li għandu bżonn biex jużah għax-xogħol li jagħmel.

Illejla se tilgħab ukoll Josephine Sacco, li hija ffissata fuq il-karozza. Ma tkunx trid taħsilha bil-biża' li tigrifha, u llejla se tilgħab biex forsi tirbaħ sena ħasil tal-karozza b'xejn. Josephine tesprimi ħafna ruħha bit-tattoos u b'xagħarha, u llejla se tirrakkonta ħafna aktar.

It-tielet storja f'Tough Luck tal-lejla għandu ftit tort Xarabank fiha. Donna Attard kienet ġiet fuq Xarabank u missierha tgħidx kemm kien għajjat magħha għax ġiet f'Xarabank. Tkunu tafu għaliex illejla!

Kitba: Mandy Micallef Grimaud
Ritratt: mhfilmclub.blogspot.com

No comments:

Post a Comment