Vince Laus, imwieled fl-1 ta’ Jannar, 1945
f’San Ġiljan u kien popolari fuq ir-radju u televiżjoni.
Bniedem ċajtier u ferrieħi.
Duane li huwa ir-raġel tal-preżentattriċi Angie Laus (il-kunjatu), jgħidilna li Angie u missieru kienu jħobbu lil xulxin u jaqblu ħafna ...ovvjament it-tnejn li huma ‘show people’.
Ma’ Duane, ħafna nies għadom jitkelmu u jiftakru lil Vince b’ċertu nostalġija.
“Illum il-ħsibijiet ikunu fuq x'ġara eżatt 13-il sena ilu” – Duane Laus
Vince, waqa' fl-imħabba tal-mużika minn meta kien għadu żagħżugħ. Fl-1963 huwa mar l-Ingilterra, fejn segwa il-mużika tal-pajjiż aktar mill-qrib u għex hemmek għal 12-il sena. Matul dan iż-żmien serva wkoll bħala s-segretarju tal-Fan Club tal- grupp popolari - Beach Boys.
Fl-aħħar tas-sebgħinijiet Vince ġie lura Malta u ried jagħmel il-mużika
Maltija iktar popolari fost il-Maltin. Għalekk f'Ottubru 1978, huwa nieda
s-Soċjetà ta' l-Apprezzament tal-Mużika tal-Pajjiż, li kellha aktar minn 200
membru.
F’Awwissu 1991, Vince ingħaqad ma' Super 1 Radio u kiseb popolarità
permezz tal-programm tiegħu "Nagħżel
Jien, Nagħżel Country."
F’Ottubru, 1999 din id-darba fuq Super 1 TV, ixxandar l-ewwel programm
bl-isem ‘Vince Laus Country Music Show’
li kien programm iddedikat kollu kemm hu għall-mużika Country.
Interessanti kif qabel dan, Vince beda jxandar fuq l-istazzjon tar-radju Libjan-Malti, Leħen il-Ħbiberija u Solidarjeta’ – stazzjon li ma kellux ħajja twila wisq.
Iktar tard beda jikteb ukoll artikli informattivi fuq gazzetti u magażin’s lokali.
Iżżewweġ lil Daphne fil-21 ta ' Settembru 1969 wara li ġew introdotti
lil xulxin minn D.J Brittaniku, Robbie Dale. Huma kellhom żewġt itfal, Sherri u
Duane.
Interessanti kif qabel dan, Vince beda jxandar fuq l-istazzjon tar-radju Libjan-Malti, Leħen il-Ħbiberija u Solidarjeta’ – stazzjon li ma kellux ħajja twila wisq.
Iktar tard beda jikteb ukoll artikli informattivi fuq gazzetti u magażin’s lokali.
![]() |
Vince flimkien ma' martu Daphne |
Vince Laus miet fir-residenza tiegħu propju bħall llum is-26 ta' Awissu
2004 fl-età ta' 59 sena.
Il-mara tiegħu Daphne, mietet fis 26 ta’ Settembru, 2010 ...6 snin wara
żewġha Vince.
Apparti il-familjari u il-ħbieb, Vince ħalla warajħ eluf ta’ Albums,
C.D’s u oġġetti relatati oħra.
No comments:
Post a Comment