best deal

Saturday, 26 August 2017

Meta lill boyfriend qaltlu li kienet twieldet f’ġisem ta raġel.


Eden, tgħix ħajjitha fil-faxxinu tal-isbuħija u il-lussu tar-runways tal-imudellar. Anke fuq il-paġni ta’ ‘Vogue’ iżda hija qatt ma kienet kompletament kuntenta.

Eden Estrada, minn Los Angeles, minn dejjem kienet taf li ma kinitx fil-ġisem it-tajjeb. Meta għalqet l-20 sena hi bdiet it-tranżizzjoni tagħha minn raġel għal mara, u lestietha fl-età ta' 21 sena.
“Kienet stramba għalija li kont nimmudella qabel ma’għamilt il-bidla għax fl-immudellar irid ikollok kunfidenza fik innifsek. Pero’ issa nħossni mill-aqwa”.

Eden trabbiet f'familja konservattiva fejn iħadnu ir-reliġjon bħala xhieda ta' Jehovah u għal bidu ma kenitx ċerta jekk il-familja tagħha kienetx se tappoġġja il-bidla tagħha imma għalkemm għal ewwel kienu dubjużi, huma appoġġaw bis-sħiħ id-deċiżjoni tagħha.


Filfatt għall bidu kien xokk għal ommha imma bħal kull omm li tħobb lil uliedha, hi tinsab kuntenta propju għax tara lil bintha kuntenta. 
Eden iltaqat mal-għarus Malik McBride meta marret tiekol fir-ristorant fejn jaħdem. Bħal ma kważi jiġri dejjem f’każijiet bħal dawn, meta qaltlu li kienet transġender, kien ixxukkjat, iżda wara ftit żmien induna li ma setax jitlob għal mara aħjar.
L-ottimiżmu ta’ Eden huwa ta’ ispirazzjoni u trid tkun ta’ eżempju għall oħrajn.


2 comments:

  1. Jigifieri skond inthom saret mara Ghandha GUF mela???

    ReplyDelete
  2. Allura skontok min ghandu guf u ma jistax ikollu mhux mara?!

    ReplyDelete