best deal

Saturday, 26 August 2017

"Jien kont hemm u mhux veru li dak ir-raġel Afrikan beda jgħajjat ‘Allahu Akbar’ - Jitkellem qarib tal-mejjet li kien qiegħed hemm.

Ritratt minn iNews

Għadna kif ġejna ikkuntattjati minn qarib tal-mejjet li attenda fil-funeral li sar il-Marsa u li fih daħlet persuna Afrikana bla mistenni.

Dan il-qarib qalilna li hu jiġi mill-mejjet u kien fil-Knisja waqt il-Funeral. Huwa rrabjat tal mod kif il-midja  gidbet biex tkun sensazzjonali ghax l-affarijiet ma ġrawx kif intqal.

Filwaqt li kkonferma li il-bniedem kien xurban, huwa qal li il-bniedem qatt ma resaq lejn il-bankina u qatt ma għajjat ​​li Allahu Akbar, iżda talab sabiex il-mejjet imur is-sema ma' Ġesù Kristu , li hemm Alla wieħed biss u “send him to Jesus”. Huwa beda jitlob għall mejjet.

Filwaqt li ma jiġi aċċettat qatt li persuna tkun fis-sakra waqt funeral ta' wieħed li jħobb, din il-persuna hija ferm rrabjata għall mod kif din l-istorja ġiet mibdula.
Qarib ta’ din l-istess persuna ikkuntattjat wkoll lill-Patrijotti Maltin sabiex jiċċaraw ir-rapport, iżda għal darb'oħra, il-verżjoni tiegħu ġiet injorata.


“Mhux fair li jingħad dak li ma’ ntqalx” “F’pajjiżna kulħadd huwa milqugħ u naqbel  li jekk il-barranin ma joqgħodux għal liġijiet tagħna, nibgħatuhom lura imma dan mhux il-każ”.

1 comment:

  1. Ma niflahx il-fatt li kull meta xi persuna ta' nisel differenti jikser il-ligi jinghad 'ragel somalu' ragel libjan' ecc. Qatt ma jinghad 'bniedem Malti'. Qisha tinghata l-impressjoni li l-kriminali huma kollha barranin u ta' kulur skur. Kif tista' ssir inkluzjoni jekk naghmlu dan il-kwalita ta' rappurtagg?

    ReplyDelete