best deal

Saturday, 19 August 2017

Minn btala mal-familja fuq cruise liner, spiċċat kantat u rebħet.



Il-ġimgħa li għaddiet waqt btala ta’ 12-il ġurnata mal-familja fuq cruise liner, tfajla Maltija ta’ 13-il sena, spiċċat tkanta spontanjament fil-piano bar mal-pjanista residenti tal-vapur.


Haley Azzopardi kellha rispons pożittiv ħafna mill-mistednin preżenti u wkoll mill-pjanista nfisha, tant li stednitha terġa' tkanta f’lejl ieħor!

Haley mal-pjanista residenti - Patricia Watson

Waqt l-istess btala, it-tfajla Maltija kienet mistiedna tkanta ​​flimkien mal-band residenti li kienet iddoqq fin-night club, fejn anke din id-darba, kienet milqugħa tajjeb.

Haley mal-kantanti ta' Prism Band

Lejliet l-aħħar ġurnata tal-cruise, Haley daħlet f'kompetizzjoni tal-karaoke miftuħa għall-mistednin kollha li fiha hija spiċċat bħala rebbieħa.









1 comment: