best deal

Thursday, 24 August 2017

Missieru Malti; Pete Buttigieg jaf ikun l-ewwel President gay fl-Amerka.


Dan jismu Pete Buttigieg. Missieru Malti, ommu Skoċċiża u hu twieled l-Amerka. Pete huwa sindku f'raħal f'Indiana, l-Amerka u bħalissa qed jagħmel ħoss fl-Amerka. 

Mayor Pete Buttigieg għad għandu 35 sena u bħalissa qed jagħmel ħoss fl-Amerka għax huwa politiku demokratiku ġo stat republikan. 

Il-Washington Post irreferew ghal Buttigieg bħala "l-iżjed sindku interessanti li qatt smajt bih". Il-media Amerikana qed tispekula l-possibilta' li Buttigieg jkun il-kap li jmiss tal-partit demokratiku Amerikan. In-New York Times ħarġu artiklu dwar Buttiegieg u l-isem tal-artiklu kien jgħid, "Se jkollna l-ewwel President Gay?"

It-tieni darba li kkontesta l-elezzjoni għal sindku, Buttigieg kiseb maġġoranza ta' 80% tal-voti, aktar mill-ewwel darba li kkontesta. 

Meta laħaq sindku, Pete kien l-iżgħar sindku fl-Amerka, u kiseb rekord ta' voti. Illum possibilment huwa lizjed sindku li qiegħed jagħmel ħoss fl-Amerka. 

Pete Buttigieg gradwa mill-Universita' ta' Harvard u fl-2013 serva fil-gwerra tal-Afghanistan.




No comments:

Post a Comment