Wednesday, 9 August 2017
Priġunier ilaqqat xebgħa kbira fil-Ħabs...inqas minn 24 siegħa wara li ppubblikajna intervista ma' ommu
Nhar it-Tnejn li għadda ħriġna intervista ma' omm li tinsab il-Ħabs. L-intervista saret bit-telefown minn ġol-Ħabs stess, u fl-intervista, l-omm qaltilna li binha, li wkoll jinsab il-Ħabs, mhux qed jitħalla jmur għall-Quddiesa tal-Magħmudija tat-tifla tiegħu wara li sabu li kien ħa d-droga waqt li qiegħed fil-Ħabs.
Issa qed jidħlulna rapporti li l-għada li ħarġet din l-intervista, dan il-priġunier laqqat xebgħa kbira fil-Ħabs.
Hawn taħt tista' tara l-intervista li għamilna ma' omm dan il-priġunier. L-intervista qajmet diversi reazzjonijiet. Kellna mijiet ta' kummenti u telefonati wara li ppubblikajnieha, u l-istorja baqgħet tiżviluppa. Din l-intervista ppubblikajnieha nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta ta' nofsinhar.
Mir-rapporti li daħlulna jidher li iben din il-mara laqqat xebgħa l-għada filgħodu, jiġifieri inqas minn 24 siegħa wara li ħarġet din l-intervista. Jidher li xi uffiċjali mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin daħlu jagħmlulu rejd fiċ-ċella tiegħu t-Tlieta filgħodu, sabulu xi affarijiet illegali, u kien dak il-ħin li ttieħed f'parti oħra tal-Ħabs u laqqat xebgħa kbira. Xi rapporti qed jgħidu li x-xebgħa tawhielu żewġ min-nies li mhumiex ta' nazzjonalità Maltija.
Għaldaqstant, aħna bgħatna lid-Direttur tal-Ħabs, is-Sur Paul De Battista, u lill-Aġent Direttur, is-Sinjura Mariella Camilleri, u tlabniehom permess biex nidħlu niffilmjaw fil-Ħabs u nintervistaw lil dan il-priġunier biex jgħidilna hu stess x'ġara. Tlabna wkoll intervista mad-Direttur u l-Aġent Direttur tal-Ħabs dwar dan l-inċident. Sakemm qed nippubblikaw dan l-artiklu, għadna ma rċevejniex risposta mingħandhom.
It-tim ta' Xarabank ilu għal dawn l-aħħar snin kontinwament jitlob il-permessi lid-Direttorat tal-Ħabs biex nidħlu niffilmjaw u nintervistaw lill-pirġunieri fil-Ħabs. Dan anke għaliex diversi priġunieri jitolbuna huma stess biex immorru nintervistawhom waqt li qegħdin jiskontaw is-sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Madanakollu, sal-ġurnata tal-lum għadu qatt ma nħarġilna l-permess biex nidħlu niffilmjaw fil-Ħabs.
Barra minn hekk, ftit tax-xhur ilu ġejna infurmati li n-numru ta' Xarabank, jiġifieri t-21249200, ġie blukkat mill-Ħabs. Jiġifieri l-priġunieri ma jistgħux iċemplu l-uffiċċju ta' Xarabank mill-Ħabs.
Għalhekk, minn dak iż-żmien ’l hawn, qed ikollna nsibu modi oħra kif nikkomunikaw mal-priġunieri u kif huma jikkomunikaw magħna. U qed jirnexxielna. Fil-fatt għandna diversi każijiet oħra mill-Ħabs li se nkunu qed ninvestigawhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Mhux haba liz zbalji tijak et ibatu ulidek! missek hsibta qabel affigta ;)
ReplyDeleteThis comment has been removed by the author.
ReplyDeleteThis comment has been removed by the author.
ReplyDeletemghndu xjaqsam xejn... hadd maghndu jiggudika ghax ma jaf fix-jaqa'. Din il-mara ghalija flimkien ma binha ghandhom dritt imorru ghal-maghmudija u kull cerimonja li tezisti kif ukoll ghal kull tahrig li jridu jmorru. Hemm il-ligi tad-drittijiet fundementali tal-bniedem li jridu jaraw u jevallwaw bhala stat.
ReplyDeletehallina kwieti. id-drittijiet min iridhom jibza ghalihom. skont nies bhalek u bhal Peppi (nies egousti) il-habsin biss ghandhom drittijiet.
Delete