L-ex-player leġġendarju ta' Manchester United, Ryan Giggs, għadu kemm wasal f'Malta ftit tal-minuti ilu. Jidher li Giggs qiegħed f'Malta minħabba l-logħba ta' għada bejn Malta u l-Ingilterra.
Ryan Giggs huwa ex-player u coach tal-football, u bħalissa hu wieħed mis-sidien tat-tim ta' Salford City.
Qed jingħad li Giggs qiegħed f'Malta għaliex għada se jkun kummentatur għal stazzjoni tat-televiżjoni internazzjonali, waqt il-partita bejn Malta u l-Ingilterra. Flimkien ma' Ryan Giggs deher fl-ajruport Glenn Hoddle, ex-player u manager tal-football, li illum jaħdem bħala pundit mal-istazzjon ITV.
Ritratti: Mr Joe Caruana
No comments:
Post a Comment