Din Amber. Ta' 4 snin tinżel tagħlef u tiġbor il-bajd minn razzett.
Aħna tkellimna ma' Anthea, omm Amber, li tispjegalna kif Amber minn età żgħira bdiet tinżel ir-razzett. "It-tifla ilha tinżel r-razzett minn mindu kellha sentejn u nofs. Daqqa toqgħod qalb l-għoġġiela u daqqa qalb il-ħnieżer imma moħħha dejjem biex iġġorr mogħża partikolari magħha," tgħidilna Anthea.
Tgħidilna li bħala omm tikkoraġġiha biex tinżel ir-razzett: "Għalkemm għadha żgħira dejjem ngħidilha biex tkompli tiftaħ moħħha għall-istudju imma xorta nikkoriġġiha tinżel u tgħin lil missierha filgħaxijiet. Jekk ma jkunux nies hekk ma jkollha xejn! L-iskola hija tajba imma mhijiex kollox."
Milux reġa' beda jdur post li kienet kitbet Anthea s-sena l-oħra dwar kumment negattiv li rċeviet fuq ritratt tat-tifla fir-razzett: "Kien hemm mara li staqsietni kif inħalliha tinżel kważi kuljum r-razzett qalb il-ħmieġ u dawk l-annimali kollha. Jiena dak il-ħin għedtilha, 'X'nagħmel? Inħalliha lejl u nhar fuq it-tablet jew quddiem it-televiżjoni minn xħin tasal sa xħin torqod? Allaħares ma jeżistux nies hekk għax kieku inti la tiekol laħam u lanqas bajd. F'kemm trodd salib din il-mara sparixxiet minn quddiemi.'"
Anthea ssostni l-importanza tal-bdiewa: "L-għeżież bdiewa u raħħala mhumiex diżunur! Għalkemm għad hawn min ma japprezzahomx, mingħajrhom ma nagħmlu xejn!."
Lovely pics... the respect this little lady has for the animals is immense. She will grow up to be fantastic. I would rather have a girl like Amber than one who shows no willingness to connect with nature.
ReplyDeletetajjeb wisq madekx tara tfal hekk tifla b karatru tajjeb zgur tila
ReplyDelete