best deal

Saturday, 19 August 2017

Trid tara biex temmen. Imma tixtieq tara biex temmen? Jew tibża'?


Ilbieraħ fil-Kottonera, proprju fl-ibliet tal-Birgu u Bormla, ingħaqadna mal-grupp Ghost Walks Malta li jżur postijiet fejn jintqalu stejjer magħrufa għall-paranormal.

Għalkemm barra minn Malta dan ix-xogħol jiġi kkritikat minħabba n-nuqqas ta' metodu xjentifiku, dan xorta jittieħed b’serjetà kbira fejn kumpaniji u individwi jużaw kameras apposta flimkien ma’ apparat ieħor.


Morna ma’ Charmaine Borg, gwida professjonali fejn smajna bl-istorja tal-Grey Lady ta’ St. Angelo, l-istorja interessanti ta’ Bettina Testaferrata, il-mara tal-Markiż D. Mario Testaferrata fejn tintqal l-istorja tal-abbati li nħaraq ħaj fi Triq Wenzu Dyer fil-Birgu u kif ukoll dar Bir Mula f’Bormla fejn smajna stejjer li ġraw propju f’dan il-post. Jingħad li fl-1565, f'dan il-post il-laqgħat bejn l-Ottomani u l-Kavallieri, kif ukoll laqgħat sigrieti.

Ir-riċerka paranormali tmur lura għas-seklu 19, b'organizzazzjonijiet bħas-Soċjetà għar-Riċerka Psikika li tinvestiga kwistjonijiet spiritwali. 


Fl-1963, ir-riċerkatur psikiku Harry Price ppubblika l-konfessjonijiet tiegħu. L-interess fl-iħirsa u spirti kienet ippopolarizzata fis-snin 2000 permezz ta’ diversi serje televiżivi bħal Most Haunted u Ghost Hunters.


Dan il-ħin abbli jew qed tħares warajk jew qed tqarres wiċċek. Imma temmen jew ma temminx, il-paranormal joħloq splużjoni ta’ interess.

..U int, ġieli mort tinvestiga postijiet li huma rrappurtati li jidhru l-iħirsa? Tixtieq? Jew ġieli kellek xi esperjenza? Ċemplilna fuq 21249200, kellimna fuq Facebook jew ibagħtilna email fuq xarabank@tvm.com.mt

Bettina Testaferrata Palazzo, il-Birgu.


Il-Bieb tal-propjeta' fejn l-abbati nħaraq ħaj fi Triq Wenzu Dyer, il-Birgu.


Dar Bir Mula, il-Bormla.

2 comments:

  1. jidispjacini ima ma neminx

    ReplyDelete
  2. Jien nemmen u kif li nemmen ghax mhux darba jew tnejn rajt xi haga li wara l-uniku spjegazjoni twassal ghal oggett paranormali.

    ReplyDelete