Ġie għal taħt
għajnejna dan ir-ritratt li ttieħed nhar il-Ħadd li għadda fil-bajja magħrufa għat-tafal bejn il-ġnejna u l-bajja tar-Riviera.
F'dan ir-ritratt wieħed jista' jinnota l-ammont ta’ opri tal-baħar u għalkemm f’din il-bajja ma tantx għandha aċċess faċli biex wieħed jinżel fiha bil-mixi, iżuruha ħafna turisti. Imma dan iċaħħad milli wieħed jinżel jiffriska? Il-popolazzjoni tal-karozzi u tad-dgħajjes żdiedu? Irridu nittolleraw iżjed lil xulxin? Għandu jkun hemm prudenza? U l-awtoritajiet?
No comments:
Post a Comment