Ma' Xarabank, Tony jirrakkonta l-esperjenza li għadda minnha lbiraħtlula. "Kellna bżonn nixtru sitt ftajjar għax kellna n-nies għall-ikel tipikament Malti u s-sieħba tiegħi Lilian qaltli biex inġib ftajjar minn dawk l-antiki, li jkollhom it-toqob minn ġewwa. Jiena ma kellix idea minn fejn se nixtrihom."
Tony idur lejn Facebook u jikteb post. "Fuq Facebook ktibt jekk xi ħadd jaf b'xi forn li jkollu ftajjar mill-antiki, jibgħat jgħidli. Kien hemm madwar 150 persuna li kitbuli. Kelli għażla kbira minn fejn nagħżel, minn Malta u anke minn Għawdex," jistqarr Tony.
U Tony irnexxielu jsib il-ftira li xtaqt mill-Marsa!
No comments:
Post a Comment