Iż-żagħżugħ Jake Peachey ilbierah sfida lil sħabu bi mħatra fuq Twitter. Waqt il-logħba bejn Malta u Ingilterra li ntlagħbet ilbieraħ fl-istadium nazzjonali ta' Ta' Qali, huwa qabeż fil-ground.
Huwa ppostja fuq Twitter u qal li jekk ikollu iktar min 400 retweet jinżel fil-pitch.
Fil-filmat jidher iż-żagħżugħ jaqbeż il-ground filwaqt li l-folla qabdet tgħajjat u ċċapċap għal dan il-ġest. Jake jidher li mar jgħannaq xi plejers tat-tim tiegħu. Minkejja li l-pulizija ġrew warajh, xorta waħda Jake laħaq mexa tliet kwarti tal-ground tal-futbol qabel ma nqabad.
Il-Pulizija arrestat lil dan il-ġuvni għax min jaqbeż fil-ground ikun qed jikser il-liġi. Il-partitarji Ingliżi malli raw il-pulizija jarrestaw lill-ġuvni qabdu jibbuwjaw lill-pulizija Maltija.
Għal din il-bravura dan il-ġuvni ma jistax jattendi aktar l-istadiums tal-futbol, mhux biss Malta iżda anki l-Ingilterra.
No comments:
Post a Comment