best deal

Monday, 11 September 2017

BIL-FILMAT: Bħal-lum sittax-il sena ilu, Peppi, PJ u Kenneth imorru fuq il-post ta' Twin Towers.


Illum, f'għeluq is-sittax-il sena tat-traġedja terroristika tat-Twin Towers, Peppi Azzopardi jirrakkonta x'kien qed jiġri meta flimkien ma' PJ u Kenneth marru fuq il-post fi Twin Towers.


Peppi jirrakkonta fuq Brian, żagħżugħ Malti li kien għadu kif beda x-xogħol fit-Twin Towers u kif l-ajruplan baqa' dieħel propju mill-uffiċċju tiegħu. In-nannu tiegħu jirrakkonta kif kien fuq it-telefown miegħu dak il-ħin u qata'. 

Peppi jirrakkonta kif ir-riħa ta' iġsma mejta kienet insapportabbli.

Jirrakkonta kif stretchers iġorru pumpiera li mietu jsalvaw lil oħrajn.

Peppi jirrakkonta x'ħassew in-nies xħin fuq it-televiżjoni raw lil qrabathom jaqbżu minn dak l-għoli, jafu li se jitfarrku meta jinżlu għax in-nar ta' warajhom ma ħallilhom l-ebda triq oħra.


Filmat u muntaġġ: Xandru Azzopardi

No comments:

Post a Comment