Zitu mietet tliet ġimgħat ilu f'inċident fl-Imġarr.
Janie Turner, li tliet ġimgħat ilu mietet f'inċident bil-karozza fl-Imġarr, tiġi z-zija ta' Charlton. Janie, ta' 45 sena, kienet passiġġiera u hekk kif ħabtet il-karozza, mietet fuq il-post bid-daqqa. Ovvja li Charlton iddispjaċieh ħafna għaz-zija. "Meta ċempilli missieri biex jgħidli x'ġara, iffriżajt, ma ċċaqlaqtx għal xi kwart niċċassa imbagħad ġejt f'tiegħi u ma stajtx nieqaf nibki," jgħidilna Charlton.
Charlton iddispjaċieh li tilef lil zitu iżda jiddispjaċih ħafna aktar għax f'dan iż-żmien kien miġġieled ma' zitu u kien ilu żmien ma jkellimha. "Kieku taf kif ħassejtni. Xtaqt imqar ngħidilha li nħobbha, imqar żewġ sekondi qabel telqet għal dejjem. Imma issa tard wisq. Iz-zija mietet u jien bqajt miġġieled magħha.
Charlton jirrakkonta kif hu jgħix ma' missieru kien ilu ma jkellem lil ommu (li tiġi oħt Janie) 9 snin. "Dakinhar stess għamilt kuntatt ma' ommi u għedtilha, "Ma, jien ma nistax nibqa' miġġieled miegħek. Ħa niġi ħdejk issa." U hekk għamel. Iltaqa' ma' ommu u llum għandhom relazzjoni tajba flimkien. "Dejjem baqgħet ommi imma ma kontx inkellimha. Imma meta tlift iz-zija miġġieled magħha, għedt issa ma rridx li allaħares qatt nitlef lil ommi u ma nkun qed inkellimha wkoll."
Charlton huwa artist bravu ħafna u fost il-kreattività tiegħu kiteb kanzunetta rap li fiha jirrakkonta dak li ġralu u kemm jiddispjaċih li zitu telqet u kien miġġieled magħha. Fil-kanzunetta jsemmi wkoll lil Carmen li tiġi z-zija l-oħra li wkoll mietet f'inċident tat-traffiku, fl-istess triq li mietet tliet ġimgħat ilu oħtha Janie.
Charlton jappella lil kulħadd, "Jekk inti miġġieled ma' xi ħadd mur illum u agħmel paċi miegħu. Jiddispjċik ħafna jekk imut u ma tilħqux tirranġaw bejnietkom."
Il-familja kollha ta' Janie Turner se tkun f'Xarabank f'Ottubru biex tingħata tislima xierqa lil Janie. Charlton se jkun f'Xarabank live wkoll. Isma' l-kanzunetta rap oriġinali ta' Charlton hawnhekk.
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Andrea Urso
Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Andrea Urso
No comments:
Post a Comment