best deal

Friday, 22 September 2017

BIL-FILMAT: Martina u Jerome mill-isptar b'appell imqanqal


Martina u Jerome. Bħalissa jixtiequ li kieku qegħdin il-Maratona ta' Puttinu. Hekk kienu jagħmlu kull sena. B'entużjażmu kbir. Iżda llum Jerome qiegħed l-isptar u ma jistgħux ikunu magħkom.


Martina, mietet ommha bil-kanċer. Kif mietet ommha jaqbad kanċer lil Martina. Martina tfiq mill-kanċer. Tiltaqa’ ma' Jerome li wkoll kien fieq mill-kanċer. Iżda lil Jerome jerga' joħroġlu darbtejn oħra.

Illum il-koppja Jerome u Martina jixtiequ jappellew biex tul il-maratona tal-lum, għada u pitgħada, in-nies jattendu l-Marsa Sports Club jew iċemplu u jkunu bħal dejjem ġenerużi.

Jerome u Martina jgħidulkom grazzi.


No comments:

Post a Comment