best deal

Tuesday, 12 September 2017

BIL-FILMAT: "Meta ibni jkun bid-droga ġo fih nibza’ minnu"



Din il-mara ġiet tgħidilna l-istorja tagħha b'tama li binha jsib l-għajnuna. Iben din il-mara llum għandu 17-il sena, ilu jieħu d-droga sentejn. Bħalissa binha qiegħed il-ħabs. 

Din il-mara mwerwra għax binha dalwaqt se joħroġ mill-ħabs u ma tafx fejn se tagħtih l-għajnuna. Għajnuna għal tfal li jieħdu d-droga ma hawnx. La l-caritas u lanqas is-sedqa ma jaċċettawh la għad ma għandux 18-il sena. Allura din il-mara xsuppost tagħmel? Din il-mara tibża li binha joqtolha għax bid-droga jsir aggressiv. Darba taha daqqa ta sikkina u meta rrealizza kemm weġġgħha qabeż żewġ sulari mill-gallerija.

Dn il-mara tħobb lil binha bi mħabba kbira. Lesta tagħmel minn kollox biex binha ma jibqax jieħu droga. għandha bżonn l-għajnuna. Bħalha hawn oħrajn li għax binhom jew binthom għandhom anqas minn 18-il sena ma jistgħux imorru programm ta rijabiltazzjoni mid-droga.

Omm it-tifel tgħidilna li binha mingħajr droga huwa żagħżugħ ta qalb tajba u veru tifel sew li jħobb jgħin lil kulħadd. “Hija d-droga li tibdlu ftifel aggressiv jaħasra”.

L-unika soluzzjoni li l-awtoritajiet qegħdin jagħtu lil din il-mara hi li meta binha joħroġ mill-ħabs imur jgħix ġo lukanda minflok magħha d-dar. L-omm tgħidilna, “Ġo lukanda x'għajnuna se jkun qed jieħu? Dak ibni u jien nixtiequ jfieq mill-misħuta droga!”



Isma l-istorja sħiħa ta' din il-mara u binha f'dan il-filmat:

No comments:

Post a Comment