best deal

Tuesday, 19 September 2017

BIL-FILMAT: Tixtieq tirbaħ €3,000?



Ftit xhur ilu għamilna sfida lil għaxar min-nies u Victor Ellul mar id-dar bi €3,000.




Din l-isfida se nerġgħu nagħmluha. Xi trid tagħmel? Agħtina ċ-ċavetta tal-karozza għal ġimgħa u matulha uża biss il-karozza tal-linja. Jekk tagħmilha sal-aħħar, tkun fiċ-ċans il tirbaħ €3,000.


Biex tapplika, ibagħtilna messaġġ fuq Facebook jew imejl fuq xarabank@tvm.com, jew inkella ċemplilna fuq 21249200.



Qabel tapplika, agħti titwila lejn dawn it-termini u l-kundizzjonijiet:


  • Iridu japplikaw billi jibgħatu messaġġ fuq Facebook jew imejl fuq xarabank@tvm.com.mt, jew iċemplu fuq 21249200
  • Kull min japplika jrid ikollu liċenzja tas-sewqan.
  • Issir intervista lill-applikanti kollha biex jintagħżlu l-finalisti.
  • L-għażla ssir mit-tim tal-produzzjoni ta' Xarabank.
  • Fil-ġimgħa tal-isfida, il-parteċipanti jridu jużaw it-trasport pubbliku biss. Fi kliem ieħor, iridu jmorru kullimkien b'tal-linja.
  • Il-filmati li jinġibdu jintwerew f'Xarabank u l-parteċipanti jridu jkunu available għall-programmi relatati li jistgħu jinkludu semifinali u jekk jekk jintgħażlu għall-finali.
  • Il-parteċipant rebbieħ jitħabbar f'Xarabank permezz tat-televoting.
  • Il-parteċipant rebbieħ jieħu miegħu €3,000 fi flus.
  • F'din l-isfida se jkun hemm ukoll attivitajiet li jistgħu jsir fuq tal-linja stess. Ovvjament dan kollu se jiġi ffilmjat u l-filmati jixxandru fuq il-programm u l-blogg ta' Xarabank.
  • Xarabank iżomm kull dritt li jirrifjuta l-applikanti.
Filmat: Xandru Azzopardi
Muntaġġ: Mandy Micallef Grimaud

No comments:

Post a Comment