best deal

Saturday, 16 September 2017

BIL-FILMAT: Xarabank ilaqqa' lil Luigi mal-Ministru Ian Borg




Xarabank laqqa' lil Luiġi mal-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg.


Ftit jiem ilu, Xarabank tella' filmat ta' dan it-tifel li ħareġ b'soluzzjoni għal pajjiżna. Huwa għandu idea kif jista' jkollna l-elettriku fit-toroq b'pass ta' bniedem kif jispjega f'dan il-filmat.



Ix-xewqa ta' Luigi kienet li jiltaqa' mal-Ministru Ian Borg biex jispjegalu l-proġett. Il-Ministru ra l-filmat ta' Xarabank u xtaqt li jiltaqa' ma' Luigi.

Qabel ma' ltaqa' mal-Ministru, Luigi jgħidilna li jinsab eċċitat: "Qed inħossni naqra eċċitat u qed nipprova nkun ftit kunfidenti għax se niltaqa' mal-Ministru."

Imma kif ħassu meta sar jaf li Dr Ian Borg ried jiltaqa' miegħu? "Ħassejtni kuntent ħafna għaliex sa fl-aħħar ix-xewqa li niltaqa' mal-Ministru tal-Infrastruttura se sseħħ u se jkolli l-appuntament miegħu llum."

Imħejji sew għal-laqgħa ma' Dr Borg, Luigi ressaq l-idea tiegħu bi preżentazzjoni u bil-mudell tal-proġett. Interessat bl-idea ta' Luigi, il-Ministru Ian Borg saqsieh diversi mistoqsijiet b'rabta mal-proġett, filwaqt li talbu jgħaddilu l-preżentazzjoni.



Ma' Xarabank Dr Ian Borg jispjega għala ried jiltaqa' ma' Luigi. "Wara li l-vidjow mar viral ħassejt li għandna nagħtu din l-opportunita' biex nisimgħu l-ħsibijiet u naraw kif nistgħu nesploraw din l-idea. Ovvjament huwa sabiħ illi ċ-ċittadini jersqu bil-proposti. Hija proposta innovattiva ħafna. Ovvjament għandha l-isfidi tagħha, pero' se nesploraw kemm hija vijabbli u kemm-il darba wieħed ikun jista' jibda proġetti piloti, inkunu nistgħu nsegwuhom u nimplimentawhom," jispjega Dr Ian Borg.

Kif ħassu Luigi wara ltaqa' ma' Dr Borg? "Qed inħossni aħjar issa li tkellimt miegħu u l-eċċitament issa naqas. Ma għadx għandi dak l-istress li kelli. Qed inħossni verament kuntent li sema' l-proposta tiegħi u li se jipprova jagħmilha xewqa li ssir realta'," jistqarr Luigi.

Beħsiebu jagħmel xi proġetti oħra? "Skont. Fil-Form 4 se jkollna xi proġetti ġodda x'nagħmlu fuq suġġetti ġodda. U iva, għala le jekk tista' tgħin lill-pajjiż," itemm jgħidilna Luigi.

Filmati: Mandy Micallef Grimaud (1) u Andrea Urso (2)
Muntaġġi: Mandy Grimaud Micallef (1) u Andrew Borg Carbott (2)

No comments:

Post a Comment