best deal

Monday, 25 September 2017

BIL-FILMAT: Xarabank jiddedika s-somma lil Jerome



Xarabank iddedika s-somma li nġabret fil-programm tal-Ġimgħa l-Kbira lil Jerome, żagħżugħ li bħalissa qiegħed l-isptar.



It-tim ta' Xarabank ippreżenta ċ-ċekk ta' €1,320,194  lil Martina għal Puttinu Cares. Martina, li wara li mietet ommha bil-kanċer, jaqbad kanċer lilha. Martina tfiq mill-kanċer u tiltaqa' ma' Jerome li kien fieq mill-kanċer ukoll. Iżda lil Jerome jerġa' joħroġlu l-kanċer u Jerome jerġa' jfiq. Iżda bħalissa Jerome qed jerġa' jiġġieled il-kanċer għat-tielet darba.  

Qabel ġie ppreżentat iċ-ċekk, Martina għaddiet dan il-messaġġ lil Jerome: "Il-messaġġ tiegħi flimkien mal-voluntiera huwa biex ma taqtax qalbek; in-nies kollha li qegħdin hawn, qed jiddedikaw din il-maratona għalik."

Flimkien ma' dan, Peppi Azzopardi żied jgħid: "Jerome aħna nħobbuk u nagħmlulek kuraġġ. Dan iddedikat għalik għaliex ħafna minnu sar bis-saħħa tiegħek."

Waqt il-maratona organizzata minn Puttinu Cares inġabret is-somma ta' €2,062,648.



Filmat: Andrew Borg Carbott
Muntaġġ: Xandru Azzopardi
Ritratt: Puttinu Cares

No comments:

Post a Comment