
Waslu l-kaxex li fihom hemm il-voti li se jiddeterminaw min se jkun il-Kap il-Ġdid tal-Partit Nazzjonalista, jekk hux Dr Adrian Delia jew Dr Chris Said. Bħalissa għaddej l-proċess tar-rikonċiljazzjoni, qabel ma jibdew jinqelbu l-voti wiċċhom 'il fuq u jibda l-għadd tal-voti.
F'din l-elezzjoni, 95% tat-tesserati ħarġu jivvotaw, jiġifieri 14, 570 minn 15, 527. Il-votazzjoni saret fuq il-Fosos tal-Furjana, fl-MFCC Ta' Qali u fis-Sub-Headquaters f'Ta' Sannat, Għawdex.
L-għadd tal-voti mistenni li jintemm wara nofsillejl.
Ritratti: Francesco Chetcuti
No comments:
Post a Comment