Mistoqsija u risposta għall-Ħadd filgħodu
Chris Said se jibqa’ fit-tiġrija?
Eżatt
wara r-riżultat, Chris Said tkellem mal-midja u ma esludiex li jista’ jirtira
mit-tellieqa. Viżibbilment għajjien Said, meta mistoqsi, qal li ma jeskludi
xejn “inkulż li ma jkunx fit-tellieqa.”
Allura x’se jiġri?
Aktarx
li bħalissa Said u t-tim tiegħu qegħdin jagħmlu l-kalkoli tagħhom dwar x’inhi l-possibbiltà
li “jirbaħ it-tesserati tal-Partit” li wħud isostnu li għal Said jaf ikunu aktar
diffiċli jikkonvinċihom.
Il-voti li kieku jġib Calascione?
Said
irid jikkalkula fejn se jkunu riflessi l-voti tat-tesserati illi kieku kienu
jivvutaw lil Alex Perici Calascione. Ma ninsewx li jekk tgħaqqad il-voti ta’ Said
u ta’ Calascione jiġu iktar minn ta’ Delia.
Jekk Said jirtira ssir elezzjoni?
Jekk
Said jirtira ma jfissirx li hija rebħa awtomatika għal Delia. L-elezzjoni ssir xorta u Delia jrid
iġib 66% tal-voti tat-tesserati biex ikun elett. Jekk , b’mod improbabbli ħafna,
jibqa’ ma jġibx 66% , issir elezzjoni oħra u kollox jerga’ jibda
mill-bidu.
No comments:
Post a Comment