best deal

Tuesday, 5 September 2017

Għalfejn neħħew is-salib?


LIDL tneħħi s-simboli Nsara minn għadd ta' prodotti biex tibqa' newtrali minn aspett reliġjuż.

Is-salib li kien fir-ritratt oriġinali tal-Knisja ta' Anastasis f'Santorini tneħħa mill-prodotti Griegi tad-ditta Eridanous.

Dan qajjem reazzjoni minn ħafna nies fuq il-paġna tal-Facebook tal-LIDL tar-Renju Unit. Ħafna kienu dawk li ma qablux mad-deċiżjoni tal-LIDL li tneħħi dan is-salib. "Bħala Nisrani nħossni mweġġa', iddiskriminat, urtat u ddiżappuntat b'din l-azzjoni," stqarr klijent tal-LIDL fuq Facebook.

Jidher li s-simbolu Nisrani wkoll tneħħa minn fuq dawn il-prodotti li jinsabu fil-LIDL ta' Malta.

Inti taqbel li kellu jitneħħa dan is-salib? Ikkummenta hawn taħt.

3 comments:

  1. LIDL hi entita kummercjali li taqdi lill kulhadd u ghandha bzonn il klienti. jekk Ghandi naghti tort naghtih lill dawk l-iffissatireligjuz li jaghmlu boycott ghax ikun hemm xi simbolu religjuz fuq xi prodott.Jekk l-insara aqtt ma ghamlu boycott fuq xi prodott li juri n-nofs qamar.

    ReplyDelete
  2. It's ridiculous. Everyone is becoming over sensitive these days. Why should anyone get offended at seeing a photo of a church on a packet, likewise why should anyone get offended at seeing a photo of a mosque or other religious temple for that matter? We should embrace diversity not the neutralization of everything.

    ReplyDelete