Saturday, 9 September 2017
"Il-Gay Pride għandha ssir fl-iskejjel tal-Knisja u fl-iskejjel Musulmani wkoll" - Peppi Azzopardi
Fil-vlog tiegħu llum, Peppi Azzopardi jitkellem dwar il-Gay Pride, li se tibda ftit tal-ħin ieħor, fl-4pm, fil-Belt Valletta.
Peppi Azzopardi jgħid li jaqbel mal-Ministru Dalli li qalet li "għad fadal ħafna xi jsir fejn tidħol diskriminazzjoni fuq il-persuni omosesswali." Jgħid li jekk ma ssirx bidla radikali fl-edukazzjoni ta' kif inħarsu lejn il-persuni LGBTIQ fl-iskejjel, minn meta t-tfal għadhom żgħar, il-mentalità ħażina u d-diskriminazzjoni se jibqgħu, jekk mhux ukoll jikbru.
Peppi jinsisti li fl-iskejjel kollha f'Malta għandu jkun hemm bidla radikali, kemm fil-kotba, kemm fl-immaġini u kemm fid-diskors, biex hekk, familji ta' raġel u raġel jew mara u mara miżżewġin jew persuni trans, ikunu parti "normali" mis-soċjetà li qed ngħixu fiha. Peppi jemmen li dan għandu jiġri fl-iskejjel kollha, kemm tal-istat kif ukoll tal-Knisja, l-iskejjel privati u l-iskejjel ta' reliġjonijiet oħra.
"U le, mhux sewwa li fil-lezzjonijiet tar-reliġjon jibqa' jingħad li Alla ħalaq raġel u mara biex jiżżewġu għax b'hekk, it-tfal li għandhom daddy u daddy qed inħawduhom. Le, m'għandux ikun permess li nibqgħu ngħidu li "relazzjoni bejn żewġ persuni omosesswali hija dnub." Kull meta ngħiduha nwerwru lit-tfal li jħossu ġibdiet differenti u ngħabbuhom b'ħafna ħtija li tibqa' magħhom għal għomorhom. Ma jistax ikun li fl-iskola Musulmana jibqa' jingħad li l-omosesswali ma jistgħux jgħallmu r-reliġjon u li l-omosesswalità hija marda, għax anke hemmhekk, fost it-tfal Musulmani, hemm ħafna tfal omosesswali u transgender, li jimtlew bil-biża' tal-pajjiżi estremi li jgħallquhom jew idendlu lil nies li għandhom l-istess orjentazzjoni tagħhom.
Ritratt tal-faċċata: Literary Hub
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment