best deal

Friday, 1 September 2017

Il-Kanċer m'għandux kuluri



Dan il-poster tweħħel dalgħodu mis-South End Core. (supporters tat-tim Nazzjonali Malti għal preparamenti tal-logħba Malta-Ingilterra.)

Bħala att ta' solidarjeta' din il-fundazzjoni ddeċidiet li twaħħal dan il-poster ta' Bradley Lowery. Tifel li tilef il-ġlieda tiegħu kontra il-marda kiefra tal-kanċer, fis-7 ta' Lulju li għadda fl-eta ta' 6 snin. Bradley kien mascot tas-South Hampton u kien supporter kbir tal-futbol Ingliz.

Din hija l-ewwel logħba tat-tim Nazzjonali Ingliż wara l-mewt taċ-ċkejken Bradley.

Aħna tkellimna ma' Louis Agius wieħed mill-fundaturi ta' dan il-grupp, fejn spjegalna li xtaqu jwasslu l-messaġġ li quddiem il-mard m'hemmx pajjiżi jew lingwi differenti imma ningħaqdu lkoll flimkien bħala familja waħda.

Il-logħba Malta u Ingilterra se tintlagħab illejla, fl-stadium Nazzjonali ta' Qali fl- 8.45 pm.







No comments:

Post a Comment