best deal

Monday, 25 September 2017

Il-Kantanta Julie Zahra għadu kemm kellha tarbija


Julie Zahra saret omm. Iva Julie tal-Eurovision ftit jiem ilu saret omm għall-ewwel darba. Omm Nina Mae. 


Tkellimna ma’ Julie u ħadnieha madwar 8 xhur ilu fejn irrakkontatilna meta saret taf bl-aħbar li hi u Garett ser ikollom l-ewwel wild. Qaltilna kif għalkemm kienu qed jippjanaw biex ikollhom familja, meta għamlet it-test ta' tqala u saret taf li ser ikollhom tarbija kienet emozzjonata ħafna. Spjegatilna kif kważi qas riedet temmen tant kemm kienet aħbar sabiħa.

Tgħidilna kif meta marru l-ewwel darba biex jaraw il-progress tal-guf, kienet fis-seba' sema meta semgħet il-qalb tat-tarbija tħabbat . Meta qalu lil tal-familja Julie tgħidilna li ħaduha tajjeb ħafna u kienu kuntenti immens li Julie ser ikollha l-ewwel tarbija tagħha.


Julie qaltilna hi welldet ta’ 36 ġimgħa għaliex sippost it-tarbija, Nina Mae, kellha titwieled xahar ieħor. Bħal donnu ddejqet tistenna, fil-21 ta’ Settembru, Julie nfaqagħla l-ilma u daħlet l-isptar biex twelled, imma ma kinitx daqshekk faċli. Irrakkontat kif biex welldet damet 22 siegħa u mis-7 ta’ filgħodu tal-21 spiċċat welldet fit-22 ta’ Settembru fil-ħamsa ta’ filgħodu. Julie tixitieq tirringrazzja lill-istaff kollu għaliex għenuha u tawha ħafna sapport u kuraġġ waqt it-tqala.

Waqt li qed titkellem magħna Julie rrangrazjat ħafna lill-partner tagħha Garett tas-sapport kontinwu li ta matul it-tqala kollha.

“Kultant ninsewhom l-irġiel meta tidħol tqala, imma hu kien fiha daqskemm kont jien u tani u għadu jagħtini ħafna sapport, tant li, mhux ħa noqgħod nistħi, il-ħrieqi jaf jibdilhom aktar minni.”

Nawguraw lil Julie, lil Garett u lit-tarbija Nina Mae l-isbaħ xewqat!

5 comments: