Kien it-Tlieta 23 t’Awwissu tal-1960, għall-ħabta tas-6:15 ta’ filgħaxija, meta fi Triq San Duminku l-Belt Valletta, instab mejjet Twanny Aquilina, tifel ta’ 8 snin.
Twanny inqatel brutalment fid-dar fejn kien jgħix. Iċ-ċkejken Twanny kien instab fil-kċina mal-art f'għadira demm.
Mill-investigazzjoni li saret, sabu li t-tifel l-ewwel tawh daqtejn ta' firrol fuq rasu, u mbagħad ħanxrulu għonqu minn tarf sa ieħor b'sikkina tal-ħobż.

Ġiga Camilleri flimkien mar-raġel tagħha Leli, instabu ħatja li qatlu lil binha Twanny. Bħal din il-ġimgħa 57 sena ilu, beda l-ġuri ta’ Ġiġa u Leli li dam sejjer 17-il ġurnata. F'dan il-ġuri xhedu aktar minn 100 persuna. Il-ġuri sar fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta fejn dak iż-żmien kien hemm il-Qorti Kriminali.
Ġiga sal-aħħar nifs ta' ħajjitha baqgħet issostni li hi innoċenti. Qabel mietet kienet tkellmet ma' Peppi Azzopardi u Fr Joe Borg u sostniet li hi qatt ma qatlet lil binha.
"Kif tista' omm tasal biex toqtol lil binha? Lil ibni nitolbu biss jaqagħali l-grazzja li mqar 5 minuti qabel ma mmut, insir naf min kien li qatlu".
Matul il-ġuri kien hemm ħafna mumenti li Ġiġa nfaqgħet tibki l-aktar meta fil-Qorti intwerew ħafna ritratti u l-ħwejjeg li kien libes it-tifel dakinhar li nqatel.

Ritratt li juri lil Ġiga meta ttieħdet fuq il-post tad-delitt waqt il-ġuri.
Leli ngħata sentenza ta’ 20 sena priġunerija b’xogħol iebes, filwaqt li Ġiġa ngħatat il-piena kapitali. Ftit tal-jiem li wara li Ġiga ngħatat is-sentenza tal-mewt, madwar 80 avukat u prokuratur legali ffirmaw petizzjoni li fiha talbu li s-sentenza tal-mewt tinbidel f'sentenza ta' ħabs. Fil-petizzjoni tagħhom qalu li l-provi mressqa fil-Qorti kontra Ġiga ma kinux biżżejjed biex japprovaw il-ħtija tagħha mingħajr dubju raġonevoli. Din is-sentenza kienet mibdula u minflok ingħatat sentenza ta’ priġunerija għal għomorha.
Hi ġiet illiberata mill-ħabs għaxar snin wara.
Fl-2014 it-tim ta’ Xarabank kiteb uffiċjalment lill-Kummissarju l-ġdid ta’ dak iż-żmien Ray Zammit biex tkompli l-investigazzjoni fuq il-każ ta’ Ġiġa u Leli Camilleri.
“F’Xarabank, int kont ċar u għedt illi temmen lil Ġiġa u Leli "ma kinux ħatja”. Saħansitra ppubblikajt ktieb b’analiżi eċċellenti u ddettaljata dwar il-każ. Issa li qed tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija, wara l-investigazzjonijiet tiegħek u tagħna, inti bħalissa qiegħed fil-pożizzjoni li tkompli tinvestiga dan il-każ, kif esprimejt ix-xewqa tiegħek li jsir fl-istess programm.”
Peppi Azzopardi kien għamel dan l-appell biex issir ġustizzja, li fi kliemu kienet għadha ma saritx f’dawk l-aħħar 50 sena.

Kieku llum Twanny għandu 65 sena.
Waqt Xarabank issemmiet xhieda li kienet tindika li seta' kien hemm abbuż sesswali fuq Toninu.

“Kieku s-Sur Ray Zammit kien baqa' kummissarju żgur li kien jerġa' jinfetaħ il-każ ta' Ġiġa. Għax kien l-istess Ray Zammit li fi ktieb ta’ riċerka fuq il-każ kien qal li la Ġiġa u lanqas Leli ma wettqux dan id-delitt".
"Aħna ta' Xarabank ħdimna u nibqgħu naħdmu biex dan il-każ ta' Ġiġa jerġa jinfetaħ għax minn dak li ġara dak iż-żmien u mill-evidenza ġdida li ppreżenta Xarabank, hemm dubbji serji ħafna li ma Ġiġa u Leli twetqet ġustizzja. Il-Kummisarju tal-Puluzija li kellna 3 snin ilu konvint li Ġiga ma qatlitx lil Twanny. Jien li ltqajt mal-familja ta' Ġiġa naf kemm batew, naf min xhix għaddew u naf kemm għadhom ibatu. Illum jistennew li titwettaq ġustizzja. Jien, li flimkien ma Fr.Joe Borġ tkellimna ma Ġiġa qabel ma mietet. Naċċertakom li Ġiġa mhix il-monstru li pinġewha. Hija mara mimlija uġiegħ għax xtaqet li qabel tmut toħroġ il-verita'. Għadni inxomm ir-riħa ta' xemgħat mixgħulin quddiem Twanny u l-bikja li bkiet u kienet tibki kuljum bħala omm li tilfet lil binha".

No comments:
Post a Comment