best deal

Wednesday, 20 September 2017

"Il-kilwa tiegħu, imma s-siġġu huwa tan-nies"


Ivan Bartolo jgħidilna li Dr Simon Busuttil afdalu s-siġġu u jrid jibża' għalih.


Ilbieraħ fuq Facebook kien hemm min qal li Ivan Bartolo, li ftit xhur ilu ta kilwa, kien lest li jagħti l-kilwa tiegħu imma mhuwiex lest li jagħti s-siġġu tiegħu lil Dr Adrian Deli. Min-naħa l-oħra kien min qal li l-kilwa hija tiegħu imma s-siġġu tiegħu huwa tan-nies.

Aħna tkellimna ma' Ivan Bartolo li qalilna li kien hemm diversi reazzjonijiet. "Kien hemm ħafna nies li kienu jemmnu fija qabel l-elezzjoni li qaluli hekk: "Ara ma ċċedix is-siġġu għaliex aħna kellna fiduċja fik. Morna nivvutaw speċifikament għalik. Tkun qed tweġġagħna jekk tirriżenja.""

Bartolo jgħidilna li kien hemm reazzjonijiet oħra fuq Facebook. "Ma tajtx kashom biex inweġġa' inqas għaliex kien hemm min qalli li qal li xi affarijiet mhux sbieħ. Mhijiex problema għaliex kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu," jistqarr Bartolo.

Dwar dan Bartolo spjega li huwa ħadem ħafna biex għandu siġġu fil-Parlament. "Biex tasal għal siġġu trid tirbaħ distrett u trid taħdem ħafna. Jien ħdimt ħafna għall-Partit u jiena rrid inkun il-vuċi tan-nies fqar, taż-żgħir, tal-batut, ta' dawk waħedhom, ta' dawk li ma jistgħux iħallsu l-kera, ta' dawk li jorqdu fuq xi bankina. Għalhekk irrid inżomm is-siġġu għax is-siġġu jagħtini ċ-ċans li nkun il-vuċi ta' dawk l-iktar fil-bżonn u dan nibqa' nagħmlu f'isem il-Partit Nazzjonalista u nagħmlu għal dawk li jgħixu Malta u Għawdex mingħajr ebda differenza ta' kulur jew razza jew twemmin."

Jistqarr li hemm min hu rrabjat iżda jifhimhom. "Hemm nies irrabjati u sa ċertu punt nifhimhom. Hemm paniku illi Adrian Delia jrid isib postu kemm bħala Kap tal-Oppożizzjoni u anke bħala Membru Parlamentari. Jiġifieri sa ċertu punt nifhem din ir-rabja, però kieku jien lanqas qatt nasal ngħid xi ħaġa bħal din. Nifhem l-uġigħ li għaddej minnu l-individwu li ħadem għall-kandidat, però l-pressjoni ma tistax taqa' kollha fuqi. Hemm oħrajn."

Jgħidilna li s-siġġu tawhulu n-nies. "Is-siġġu, in-nies tawhuli. Dr Simon Busuttil afdah lili u la afdah lili rrid nibża' għalih bil-preżenza tiegħi, bil-mod kif inġib ruħi anke fil-ħidma tiegħi. Dr Busuttill tant għandu fiduċja għamja fix-xogħol li jiena nagħmel, li m'għandux biża' li jiena se nittradixxi, anke jiena li ħa nkompli naħdem minn dan is-siġġu. La afdani b'dan is-siġġu f'idejja, jiena ma rridx naħlih," jistqarr Bartolo.



No comments:

Post a Comment