Il-Ministru responsabbli miċ-ċittadinanza Maltija, jista' jagħti ċ-ċittadinanza lit-tifel li f'Ottubru jaf jibgħatuh lura n-Niġerija.
Ilbieraħ Xarabank tella' artiklu dwar tifel li ilu jiġi ffosterjat minn familja Maltija sa mit-twelid. John Zammit*, li jiġi t-tifel tal-omm li qed tiffosterja lit-tifel, spjegalna li jekk l-omm bijoloġika tat-tifel ma tipprovdix il-karti neċessarji, jistgħu ma jġeddulhiex il-permess u flimkien mat-tifel, jibgħatuha lura n-Niġerja.
Avviċinana avukat li ma' Xarabank jispjega artiklu li jista' jwassal biex it-tifel jibqa' jgħix hawn Malta. "Huwa veru li jekk titlaq l-omm, irid jitlaq hu għax żgur mhux fl-aħjar interess tiegħu li jinfired minn ommu. Però skont l-Artiklu 11 (2) tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, il-Ministru responsabbli għandu l-awtorità li jagħti ċ-ċittadinanza lit-tifel jekk jidhirlu li fiċ-ċirkostanzi speċjali, dan ikun xieraq," jispjegalna l-Avukat.
No comments:
Post a Comment