best deal

Tuesday, 5 September 2017

Il-Pulizija tieħu azzjoni wara artiklu ppubblikat minn Xarabank


Il-Pulizija ħadet azzjoni fuq l-irregolaritajiet u l-ksur ta' liġi li kien qed isir f'Santa Venera. Dan wara li Xarabank ippubblika artiklu u bagħtilhom il-mistoqsijiet.


Ix-xahar li għadda, raġel minn Santa Venera kien spjegalna s-sitwazzjoni li kienet ilha għaddejja snin twal fi Triq Ħal Qormi. Ir-raġel kien qal li f'din it-triq diversi negozjanti għandhom ħafna garaxxijiet mikrija hemmhekk u dawn kienu qed iħottu mal-art kontra l-liġi. 


Ir-raġel kien allega wkoll li f'din it-triq kienu qed jitwaħħlu xi permessi bla timbru tal-Kunsill u tal-Għassa biex ma jipparkjawx karozzi ħalli jkunu jistgħu jħottu. Ir-raġel kien żied jallega li dawn il-ħaddiema ġieli ċaqalqu karozzi pparkjati f'kaxex bojod bil-forklifter


Għaldaqstant, Xarabank kien bagħat sett mistoqsijiet kif ukoll xi ritratti marbuta ma' dan il-każ. Kelliema għall-Pulizija qaltilna li għamlu diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u fejn instab li kien hemm xi irregolaritajiet u ksur ta' liġi, ittieħdet azzjoni immedjata u nħarrġu l-akkużi.

Jekk trid li leħnek jasal iktbilna fuq Facebook jew xarabank@tvm.com.mt


1 comment:

  1. Triq xatt il barrieri il-belt ikun hemm sitwazzjoni simili u dan mhux jiehu il parking imma jalaq lane tat triq kompletament ghal jiem shah. Jekk tithol google maps u tara street view ukoll issib truck lest biex ihott biex tara kemm hi sitwazzjoni komuni

    ReplyDelete