best deal

Wednesday, 20 September 2017

Illejla jinbiegħu 80 karozza...



llejla 80 karozza li ntużaw mill-Presidenti, mill-Prim Ministri u VIPS waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiġu rkantati .

Kelliema għall-Uffiċċju tal-President spjegatilna li l-qligħ (il-proceeds)  li jinġabar mill-irkant se jmur għall-Malta Community Chest Fund. Tgħidilna li l-prezzijiet se jibdew minn €29,000 u jibqgħu telgħin skont it-tip ta' karozza li tkun. Żiedet tgħid li wieħed jista' jibbenifika għaliex karozza li se tibda bi prezz ta' €30,000 bħalissa qed tinbiegħ €50,000 fil-ħwienet tal-karozzi.

L-irkant se jibda mis-6:00pm sat-8:00pm u se jsir fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f'Ta' Qali. Din l-attività se tiġi ppreżentata Peppi Azzopardi, Amanda Ciappara u Pierre Grech Pillow se tkun qed tixxandar dirett fuq TVM2.


Ritratt: Times of Malta

No comments:

Post a Comment