best deal

Thursday, 28 September 2017

Ilmaħt dawn il-Ġimgħa li għadda?


Dawn huma comics li bdew jitqassmu waqt il-maratona ta' Puttinu Cares, il-Ġimgħa li għadda.


Imma x'inhu Vigilante? Vigilante huwa serje ġdida li se tibda fl-14 ta' Ottubru li ġej fuq TVM, b'repitizzjoni kull nhar ta' Tnejn fu TVM2. 

Ma' Xarabank David Rizzo, li qed jikteb u jidderiġi din is-serje, kien spjegalna li Vigilante jittratta l-istorja ta' Azalea. Tfajla li tintlaqat minn żewġ traġedji li jolqtu lil familtha u ssir bidla f'ħajjitha. Kien qalilna wkoll li sadanittant se jkun hemm vigilante jiġri mas-saqajna li qed jattakka l-kriminali magħrufa u qed jiġi mfittex mill-Pulizija.

Inti se tarah Vigilante? Aqra iktar dwar Vigilante hawnhekk.

Żur il-paġna ta' Vigilante biex tikseb iżjed informazzjoni.















No comments:

Post a Comment