It-Tnejn li għadda Xarabank tella' din il-mistoqsija fuq Facebook. Kien hemm min qabel li jixtrih u kien hemm minn le.
Fost il-kummenti li spikkaw, kien hemm ta' Clayton Borg. "Għaliex le? Naħdem sebat ijiem fil-ġimgħa. Ma nixrobx, ma npejjipx, dwiefer ingerrimhom mhux nagħmilhom bil-gel, u xagħar m'għandix x'niżbogħ jew nillixxja. Allura m'għandix nagħmel kapriċċ la dilettant tat-teknoloġija," ikkummenta Clayton.
Min-naħa l-oħra, Jeremy Debono qal: "Mela taħdem biex tixtri mowbajl ta' €1,000 (m'hemmx għalfejn ikun mowbajl, jista' jkun noqogħod immur nagħmel id-dwiefer kull ħmistax) imma mbagħad ngħidu għala hawn il-faqar fil-pajjiż u nibagħtu t-tfal l-iskola bla lunch!"
Anke Patrick Vassallo ma jarax għalfejn wieħed m'għandux għalfejn ma jixtrihx. "Għaliex le? B'kull rispett, min qed jgħid li biex tixtrih tiċċaħħad minn xi ħaġa jew oħra jew iċċaħħad lit-tfal mhu veru xejn. Aħna lit-tifla ma nċaħduha minn xejn. Sinjuri m'aħniex. Naħdmu, nagħmel part-time, l-iskola nibagħtuha dejjem nadifa bl-uniformi u pulita, bil-lunch u b'li jkollha bżonn. Li jkollha bżonn nixtruhulha. Jekk xtaqna nsiefru sifirna u li xtaqna xtrajnieh. Għaliex le? Naħdmu, noqogħdu bilgħaqal, ma niċċaħħdux, noħorġu bit-tifla magħna, eżempju nieklu u hekk. Għandek tagħmel pjan, tagħmel baġitt u li trid tixtrih u l-ħajja tgawdija. Naħdem daqs kelb imma fl-off tiegħi ngawdi l-familja u ma nċaħħadha minn xejn u li nixtiequ nixtruh, kemm jien, kemm il-mara u kemm it-tifla," jgħid Patrick
Kumment ieħor kien ta' Ian Ellul."L-aqwa li l-mowbajl €1,000 biex naraw kemm-il like għandna fuq l-Facebook u lil ta' quddiemna ma nkellmuhx. U t-tfal bla lunch, uniformijiet inkallati, filgħaxija jieklu l-pastizzi u tgħanniqa qas jafu x'inhi. M'iniex niġġeneralizza imma hawn ċerti nies li l-prijoritajiet ma jafux x'inhuma."
Fuq din il-post kien hemm 627 kumment.
Fuq din il-post kien hemm 627 kumment.
No comments:
Post a Comment