best deal

Friday, 22 September 2017

"Ipparkjajt ġo kaxxa bajda u xorta qlajt ċitazzjoni"


Raġel qala' ċitazzjoni wara li pparkja ġo kaxxa bajda f'Ħaż-Żebbuġ.


"It-Tlieta li għadda sibt avviż ta' kontravvenzjoni mwaħħal mal-windscreen u kont ipparkjat ġo kaxxa bajda, fi Triq l-Imdina. F'din it-triq jiena nipparkja ta' spiss peress li nkun f'uffiċċju li jinsab f'din it-triq. L-avviż kien jgħid li jiena qlajt ċitazzjoni minħabba li pparkjajt 'matul 5 metri minn kantuniera jew liwja'," jispjega r-raġel.

Jistqarr li t-triq hija service road u mhux triq prinċipali. "Minħabba li hi service road, il-parkeġġ huwa mmarkat sal-kantunieri matul it-triq kollha u mhux f'din il-kantuniera partikolari. Ma għandi ebda dubju li kont ipparkjat tajjeb għaliex jiena familjar mal-akwata," jgħidilna r-raġel.

Isostni li l-iżball ma sarx min-naħa tiegħu. "Filwaqt li jien jaf ikolli nitlef ġurnata xogħol biex noqgħod nikkontestaha, il-gwardjan, bl-iżball tiegħu ma jeħel xejn u ma jsofri ebda konsegwenza tal-inkompetenza tiegħu." 

Ir-raġel jappella għal aktar attenzjoni. "Nixtieq li kieku għall-inqas tinġibidlu l-attenzjoni biex ma jkunx ta' inkonvenjent għall-pubbliku. M'għandix dubju li ladarba dan il-gwardjan mhuwiex kapaċi jagħraf kaxxa bajda, qed joħloq ħafna ilmenti bħal tiegħi."

"Jekk xi ħadd irid jiġi fuq il-post biex jivverifika, jien dejjem disponibbli hemm waranofsinhar," itemm jgħidilna r-raġel.

5 comments:

  1. jien grali l-istess hi u la nitla tribunal ha nsaqsihom min se jhallasni ta' gurnata xoghol

    ReplyDelete
  2. nahseb tistaw tibatu petizjioni on line jew gibu formola mil kunsil lokoali

    ReplyDelete
  3. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  4. jien ghalija ir-ritratt mhux komplut u ma nistax niggudika xgara bhas soltu ritratt nofs lehja! kieku kien genwin kien jitfa ritratt tal kaxxa kolla mhux qisa parti minn zig-zag

    ReplyDelete
  5. anke lili f'haz zebbug kont ipparkjata u tani l-istess raguni li "ipparkjajt 'matul 5 metri minn kantuniera jew liwja" meta lanqas kien hemm double yellow lines u lanqas no parking sign u ma kont qieghda intellef lil hadd filfatt hsibt li qieghda ipparkjata tajjeb fejn kont... pero ikkontestajtha online u hafruwili :)... u qaluli li l-aqwa li ma nergax naghmel l-istess offiza >_>... issa kull kantuniera bla linji qieghda nigi f'dubbju sa fejn nista' nipparkja ghax ovvjament mhux ha noqghod inzomm l-inch-tape mieghi biex noqghod inkejjel u naghmel cert li ma qbiztx il 5 metri..so qieghda nipprova nevvithom meta diga hawn problema kbira ta' parking... jekk taghmlu naqra guidelines sura ta nies nahseb li jkun hafna ahjar ghal kulhadd - inqas konfuzjoni u l-istess "offizi" ma jigux repetuti

    ReplyDelete