best deal

Saturday, 2 September 2017

"Irqaqt b'dieta li kienet se toqtolni"


Dan ir-ritratt huwa tal-istess persuna. Din Melanie.

Wieħed ittieħed meta Melanie kienet anorexic u l-ieħor issa.

Min minna xi darba jew oħra ma jgħidx kemm ħxint u rrid nibda d-dieta?

Hekk ġaralha Melanie. Ħasset li tellgħet ftit piż iktar minn normali u ddeċidiet li tonqos. Bdiet bis-salads sakemm fl-aħħar kienet tiekol biss ħass u tadam.

‘Qatt f’ħajti ma kont nobsor li ser nispiċċa hekk. Kont ngħodd il-kaloriji u ma kontx irrid naqbeż 300 kalorija. U meta kont naqbiżhom, kont immur nimxi jew inkella l-għada niekol inqas. 

Gieli Melanie kienet tarmi mill-ikel tagħha jew tagħtih lill-kelb ħalli ma tikolx iktar. Qaltilna li mhux l-ewwel darba li gidbet lill-familja tagħha li kielet ħalli ma tikolx. Il-ħsieb tagħha kuljum malli tqum kien ikun kif se tnaqqas il-kaloriji u kif se tnaqqas mill-ikel. Kienet tevita li tmur l-ikliet tal-Milied minħabba t-tentazzjoni tal-ikel.

"Ġieli għamilt ġurnata ma niekol xejn, ħlief silġ u ilma."



Melanie kienet tiżen 54 kilo qabel bdiet id-dieta u spiċċat naqset 24 kilo.

“Il-familjari tiegħi kienu jiġbduli l-attenzjoni li qed nagħmel ħażin, imma jien ma ridtx nisma’."

Darba Melanie kienet ma tiflaħx u marret għand it-tabib. Ħadilha xi testijiet tad-demm u x-rays. Qalilha li l-organi tagħha kienu qed jispiċċaw. L-organi ta’ Melanie ma kellhomx minn fejn jieħdu iktar ikel u  għalhekk kienu se jduru għal xulxin. Xagħarha beda jaqgħalha kollu. Melanie spiċċat bla saħħa. Kienet tħoss bard kbir anki fis-sajf.

Jekk ma kinitx lesta li tinbidel kienet se tmut. 


Melanie llum fieqet.

Bis-saħħa tal-għajnuna professjonali u tal-familja tagħha, Melanie llum m’għadhiex anorexic. Bdiet kors l-Mcast u reġgħet bdiet ħajja mill-ġdid.

Melanie tirrakkonta : ‘Fil-bidu kienet diffiċli ħafna. Trid tagħmel l-almu tiegħek biex ma terġax taqa’. Kont noqgħod inżejjen il-platti ħalli l-ikel narah sabiħ’.








Dan huwa ktieb li Melanie kienet iżżommu bħala journal, fejn fih kienet tikteb dak kollu li kienet tiekol u jekk irnexxilhiex tiekol dak li xtaqet matul il-ġurnata.


Melanie tixtieq tħalli dan il-messaġġ:

‘Jekk hemm xi ħadd li qed jgħaddi mill-istess problema jew jaħseb li għandu l-anorexia jitkellem ma' xi ħadd u ma jibżax. Iżjed ma tħalli ż-żmien iktar ikun diffiċli biex tfiq. Kont nibża' noħroġ mid-dar għax ikun hemm it-tentazzjoni li niekol. Naf li diffiċli ħafna u li l-biża' hija kbira biex tagħżel it-triq tal-fejqan. Jien naf xi jiġifieri għax kont imwerwra. Imma din hija t-triq it-tajba. It-triq li nerġa' nibda ngħix u nkun libera. Ma tkunx priġuniera ta’ moħħok stess.

Kull min jixtieq ikellem lil Melanie anki għal parir jista' jkellimha fuq instagram fuq
melanie_aquilina_95.




No comments:

Post a Comment