
Issa tista' tgawdi minn prezzijiet orħos meta tħallas bil-card tiegħek biex tivvjaġġa bejn Tas-Sliema u l-Belt jew/u bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta.
Fi stqarrija, Malta Public Transport qalet li aktar minn 270,000 persuna li għandhom it-tallinja card jistgħu issa jitilgħu fuq il-lanċa u jgawdu għadd ta' benefiċċji li qabel kienu biss jiffaċilitaw l-esperjenza ta' klijent fuq il-karozza tal-linja.
Żiedet tgħid li dawn jinkludu ħin tal-imbarkazzjoni iqsar, il-konvenjenza li ma jkollok għalfejn iġġor flus kontati għall-biljetti u, l-iktar importanti nollijiet orħos.
Qalet li permezz ta' tallinja card għall-Adulti, Għawdxin u studenti, passiġera se jħallsu biss €1.30 għal vjaġġ wieħed fuq il-lanċa u b'hekk jiffrankaw €0.20. Dawk li għandhom il-'concession' card jew tat-tfal se jħallsu biss €0.45 għal vjaġġ wieħed minflok € 0.50.
Stqarret li r-rotta 133, li topera fil-Belt Valletta, issa ser tipprovdi servizz bejn il-moll ta' Marsamxett u dak ta' Lascaris.
No comments:
Post a Comment