best deal

Thursday, 28 September 2017

"Jekk tieħu ritratt tiegħek innifsek indiċenti, qed tikser il-liġi"



Iva jekk tieħu ritratt tiegħek innifsek indiċenti, tkun qed tikser il-liġi. 



Anthony Weiner, eks membru tal-Kungress Amerikan, ġie kkundannat 21 xahar ħabs talli bagħat messaġġi sesswali u espliċiti lil tifla ta' 15-il sena. Fost il-messaġġi kien jibgħatilha hekk: I would bust that tight p***y. I would bust that tight p***y so hard and so often that you would leak and limp for a week.' It-tifla kienet qalet li kien jibgħatilha ritratti tiegħu nnifsu mingħajr flokk, inkuż wieħed tiegħu fil-banju u li fih kien jidher wiċċu biss.

Għaldaqstant, aħna kellna kurżità dwar x'tgħid il-liġi ta' Malta fuq dawn il-każijiet.

Veru jekk tieħu ritratt tiegħek innifsek indiċenti u ma tibgħatu lil ħadd, illegali? Ma' Xarabank, Dr Ramon Bonett Sladden jgħildilna li iva. "Jekk tieħu ritratti tiegħek innifsek indiċenti, qed tikser il-liġi għax għandek fil-pussess tiegħek materjal indiċenti. Però meta l-persuna tkun imputata ta' dan, trid tipprova li kellha raġuni leġittima biex għandha dak ir-ritratt." Iżda jispjegalna li hemm eċċezzjoni: "Jekk wieħed għandu ritratt għarwien u jibagħtu lill-persuna li tidher fir-ritratt, ikun qed jikser il-liġi talli għandu dak ir-ritratt u mhux talli bagħtu." Jiġifieri li jibagħtu, mhux illegali? "Le mhux qed jikser il-liġi talli qed jibgħat ir-ritratt għaliex ikun qed jibagħtu lill-persuna li qed tidher fih," jispjega Dr Bonett Sladden.

Jekk persuna tibgħat materjal pornografiku lill-persuna li tkun qablet li tirċevih, illegali wkoll? "Li jkollok dan il-materjal u li b'xi mod tibgħatu huwa illegali. Illegali bħalma huwa illegali r-revenge porn." Dr Ramon Bonett Sladden iżid jgħid li huwa illegali wkoll li wieħed b'xi mod jgħin jew jinstiga li jittieħdu dawn ir-ritratti. 

Ritratt: Anthony Weiner
Kemm jeħel jekk wieħed jinqabad jagħmel dan ir-reat? Ġeneralment, il-piena stabbilita mil-liġi hija bejn tnax-il xahar u ħames snin. Madankollu, kull reat jista’ jkollu ċirkostanzi li jaggravawh jew jirrenduh inqas serju u għalhekk, il-liġi tipprovdi għal żieda jew tnaqqis fil-piena skont il-każ.

U jekk persuna tkun taħt l-età? "Il-liġijiet tagħna jqiegħdu lil dan ir-reat għal pieni eħrex jekk il-persuna involuta hi taħt l-età jkollha inqas minn 15-il sena jew tkun vulnerabbli, jiġifieri persuni b'diżabbiltà fiżika jew mentali jew persuni li meta wieħed jikkonsidra s-sitwazzjoni sħiħa tagħhom (età, dipendenzi, familja u konsidrazzjonijiet oħra), jistgħu jitqiesu vulnerabbli." jgħidilna Dr Bonett Sladden. Dwar il-grooming, jiġifieri li bniedem iħejji lil tifla/tifel bl-iskop li jabbuża sesswalment l-aktar f'xi chat, Dr Bonett Sladden jgħidilna li huwa illegali.

Dr Bonett Sladden jispjega kif din il-liġi ma tagħmilx differenza jekk bniedem ikun membru parlamentari jew kandidat għal elezzjoni. "Ma tagħmilx differenza u l-istess pieni japplikaw. Madankollu huwa ovvju li bniedem li qed jipproponi lilu nnifsu bħala kandidat għall-pożizzjoni ta' membru parlamentari għandu jeżerċita kontroll akbar fuqu nnifsu. Għalkemm il-liġi ma tirreferix speċifikament għal dan, jista' jkun li l-ġudikant iżomm dak il-fatt f'moħħu meta jiddeċiedi dwar il-pieni," jistqarr Dr Bonett Sladden. 

Jingħad li Anthony Weiner huwa marid b'vizzju tas-sess. Jekk bniedem ikollu kundizzjoni li ġġiegħlu jagħmel dawn l-affarijiet, xorta jkun qed jikser il-liġi? "Iva, xorta jkun qed jikser il-liġi. F'sitwazzjoni bħal dik, huwa possibbli li minbarra li tikkundanna lill-ħati għal piena ta' ħabs, il-qorti tordna wkoll xi trattament psikoloġiku," itemm jgħidilna Dr Bonett Sladden. 

1 comment:

  1. Ridiculous law. Perhaps it's time that our laws are reviewed by someone competent and preferably with a mindset that is past the dark ages.

    ReplyDelete