Dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa ta' filgħodu, David Debattista żagħżugħ ta' 33 sena, u sieħbu, ħarġu bid-dgħajsa. Huma hu ħerġin minn Wied il-Għajn, David jirrakkonta li ra ċinju però malli reġa' ta' titwila oħra lejh induna li hu fjamingu u komplew ħerġin għall-ġurnata tagħhom.
David jgħidilna kif wara siegħa fuq il-baħar, qabdet nieżla x-xita allura qabdu deħlin lura. Huma hu deħlin David reġa' lemaħ lil dan il-fjamingu u tħasseb naqra kif kien għadu fil-baħar. L-istint tiegħu tah li jċempel il-BirdLife biex tal-anqas javżahom li hemm fjamingu Wied il-Għajn u li qiegħed viċin tal-art.

Wara madwar kwarta David lemaħ żewġ min-nies bit-trombi. Dawn kienu tal-BirdLife li ġew wara rapport li għamel hu. Dan irrakkonta kif peress li l-fjamingu kien fuq il-baħar u tal-BirdLife ma kellhomx dgħajjes, bil-permess tagħhom, hu flimkien ma' sieħbu marru jipprovaw jaraw jekk għandux xi ħaġa.
Malli resqu viċin tiegħu lemħu li l-fjamingu kellu xi feriti. Il-membri tal-BirdLife għalhekk tawhom struzzjoni biex jaqbduh u jressquh lejn l-art biex ikunu jistgħu jieħduh magħhom, jaraw x'feriti għandu u jittrattawhom.

David jirrrakkonta kif malli prova jaqbad il-fjamingu, il-fjamingu pprova jirritalja u għolla l-ġwienaħ tiegħu. Kien propju hawn meta ndunaw kemm kienet gravi s-sitwazzjoni. Il-ġenb tal-fjamingu kien kollu demm. Tant li meta pprova jaqbdu David ċappas il-flokk kollu bid- demm.
Irnexxielom jaqbduh, resqu lejn l-art u għaddewh lil tal-BirdLife. David qal li jinsab kuntent li rnexxielu jgħin lil dan il-fjamingu ferut, però jinsab iddispjaċut ħafna.
"L-annimali dejjem kienu għal qalbi u jiddispjaċini li l-ewwel darba li kelli nara fjamingu daqshekk fil-viċin kellu jkun ferut."
Xħin waslu d-dar, David jgħid li ċempillu sieħbu u qallu li fuq Facebook hemm filmat tiegħu jipprova jaqbad dan l-għasfur. Il-filmat ħadu xi ħadd li kien fuq xi dgħajsa u lemaħ lil David u lil sieħbu jipprovaw jaqbdu l-fjamingu. Min ħa l-filmat, li ma kienx jaf hu, li David u sieħbu kienu qed jipprovaw jaqbdu l-fjamingu biex isalvawh mhux biex jaqbuh għal xi raġuni oħra.
Mistoqsi għar-reazzjoni tiegħu wara li sar jaf bil-filmat, David qal:
"Ma ħadtx għalija, anzi ninsab kuntent li jekk xi ħadd ħaseb li ppruvajt naqbad il-fjamingu, kien proattiv u ħa vidjow biex jirrapportani. Ħalliha li kont qed insalvaw, imma sewwa għamlu."
BirdLife Malta qalulu li dan l-għasfur għandu madwar sentejn. Aktar kmieni daħallhom każ ieħor ta' fjamingu ferut, bid-differenza li tant kien ferut li kellu jittraqqad.Il-fjamingu salvat f'Wied il-Għajn issa jinsab taħt osservazzjoni u qed jingħata l-kura meħtieġa.
BirdLife Malta appellaw biex in-nies jappoġġjawhom u jekk jaraw xi għasfur ferut jew fil-mira ta' kaċċatturi, iċemplulhom. Appellaw ukoll biex il-Gvern ikun aktar attiv u joħloq WildLife Crime Unit biex tkun aktar infurzata l-liġi.
No comments:
Post a Comment