Fi Triq Luret Cutajar f’Ħaż-Żebbuġ, kuljum il-karozzi jkunu pparkjati ħażin, fuq double parking, fuq il-bankini, u bla pjanċi u bla liċenzji, mitluqin għal xhur sħaħ.
Ir-residenti tkellmu magħna li ilhom żmien jipprotestaw mal-Awtoritajiet imma kollox baqa' kif kien. Qalulna li l-gwardjani lokali jgħaddu minn hemm kuljum u qishom ma huma qed jaraw xejn irregorlari.
"Wieħed irid jifhem li dawn il-karozzi jkunu mitluqin bl-addoċċ u vera jkunu t'ostaklu għas-sewwieqa"
Ir-residenti qalulna li qed jitkellmu mal-midja għax ippruvaw minn kollox biex forsi xi ħadd jagħti kas.
Dawn huma r-ritratti li bagħtulna r-residenti:





No comments:
Post a Comment