best deal

Saturday, 2 September 2017

L-AKBAR BANDIERA LI QATT INTUŻAT F’MALTA

Ritratt: Andrew Borg Carbott

Din is-sena ser issir l-akbar Gay Pride Parade li qatt saret f'Malta. Imma għaliex?


Fid-9 ta' Settembru ser issir l-akbar Gay Pride Parade li qatt saret f'pajjiżna. Dan għaliex din is-sena mhux ser tkun protesta imma ser tkun ċelebrazzjoni ta' diversità. Dan is-sit tkellem ma' wieħed mill-organizzaturi ta' din iċ-ċelebrazzjoni, Russell Sammut. Dan qal li l-14-il edizzjoni ser tkun l-akbar waħda għaliex għall-kuntrarju tas-snin ta' qabel fejn il-Parade tkun protesta biex jiġu integrati nies b'orjentazzjoni sesswali differenti, din is-sena ser tkun ċelebrazzjoni ta' mħabba.

Russell kompla billi qal,

Għalkemm fadal ħafna xi jsir din is-sena ser tkun l-ewwel darba li l-komunità LGBTIQ+ ser tkun aċċettata kif xierqa minħabba l-liġijiet li ġew emendati aktar kmieni din is-sena. Għalhekk inħeġġeġ lill-komunità kollha LGBTIQ+ kif ukoll nies straight biex jiġu u jingħaqdu magħna biex niċċelebraw l- mħabba, l-ħajja u d-diversità.










Dan jidher anke malli tidħol fil-portal tal-avveniment għaliex il-lista ta' artisti li ser ikunu parti mill-istreet party taċ-ċelebrazzjoni ma tieqaf qatt. Fosthom hemm Ira Losco, Franklin, Chrystabelle, Kurt Calleja u mix-xena internazzjonali Katherine Ellis, TWISM, Phil Marriott, Madame J'Adore u ħafna ħafna oħrajn li bla dubju ser jagħmlu dan l-avveniment wieħed spettakolari. Apparti dan kollu l-komunità ppreparat bandiera bl-ilwien tal-qawsalla li d-daqs tagħha hu ġgantesk.

         

Xarbank.com.mt tkellem ukoll ma' Peppi Azzopardi li ilu għal snin twal jemmen f'dan l-avveniment ta' protesta tant li hu flimkien mal-mara tiegħu Mandy kienu jmorru propju mill-bidu nett.

Kburi li jien u Mandy attendejna għall-ewwel Gay Pride Parades li kienu saru dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ebda politiku ma kien jassoċja ruħu ma' dawn il-manifestazzjonijiet u kien ikun hemm ftit nies minħabba li ftit riedu juru li kienu gay. Illum ferħan illi dan kollu spiċċa u li saret ħaġa normali li jkollok orjentazzjoni differenti u li l-gay pride saret ċelebrazzjoni tad-diversità. Napella lil kulħadd jattendi! - Peppi Azzopardi


Għall-aktar informazzjoni fuq l-avvenimenti kollha li ser isiru relatati ma' Malta Gay Pride Parade idħol fuq is-sit.


             

No comments:

Post a Comment