Sunday, 24 September 2017
“L-aktar deċiżjoni diffiċli li qatt ħadt f'ħajti"
Id-deputat tal-PN, Jean Pierre Debono qal li d-deċiżjoni li jċedi s-siġġu lill-Kap tal-PN Adrian Delia, kienet l-iktar deċiżjoni diffiċli li qatt ħadt f’ħajti. “Dan il-lejl lanqas irqadt minuta. Għad għandi membri tal-familja li mhux jaqblu mad-deċiżjoni li ħadt iżda dan qed nagħmlu għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista”
Jean Pierre Debono għadu kif ħabbar li għada t-Tnejn se jikteb lill-Ispeaker u jirriżenja. Hekk kif Jean Pierre jirrezenja ssir elezzjoni każwali li għaliha jistgħu jikkontestaw kandidati tal-PN u tal-PD. Huwa ċar li fl-elezzjoni każwali hemm ċans li jitla' l-eks Deputat Nazzjonalista Antoine Borg li diġa' ddikjara li mill-ewwel jirriżenja u b’hekk ikun jista' jiġi co-opted Adrian Delia bħala Membru Parlamentari u Kap tal-Opożizzjoni.
AĠĠORNATA :
Wara li l-ġimgħa l-oħra ġie elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Adrian Delia, il-mistoqsija kemm mill-partitarji Nazzjonalisti kif ukoll minn kull min għandu fl-interess tiegħu l-politika kienet waħda. Issa li Dr Adrian Delia ġie elett Kap tal-Partit ser ikun ukoll Kap tal-Oppożizzjoni? Ser ikollu siġġu fil-Parlament
Dr Adrian Delia saħaq li hu grat ħafna lejn Jean Pierre li ta prijorità lill-Partit Nazzjonalista u għamel din id-deċiżjoni hekk kuraġġuża. Żied billi għadda l-messaġġ lill-partitarji Nazzjonalisti fuq is-seba' d-distrett, li r-rappreżentanza tad-distrett mhux ser tiddgħajjef imma ser ikollom ir-rappreżentanza ta' Adrian Delia.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment