
Omm tilmenta magħna dwar il-ħinijiet tal-eżami tal-prattika li bintha kellha tmur għalih f'din is-sħana qawwija.
L-omm tispjega kif aħna nagħmlu l-kontra ta' dak li javżaw it-tobba: "Fuq il-midja t-tobba l-ħin kollu javżawna biex ma noħorġux kemm jista' jkun fil-ħinijiet tax-xemx minħabba l-ħsara li tikkawża, speċjalment minħabba pressjoni baxxa. Imbagħad tal-MATSEC jagħmlu l-eżami tal-prattika tal-P.E fl-erbgħa ta' waranofsinhar. Dan l-istudent biex jasal hemm irid jitlaq mid-dar fis-sagħtejn u nofs f'dik ix-xemx."
Tispjega kif dan l-eżami jikkonsisti minn ġiri li jrid isir fix-xemx. "Mela aħna naqbżu għaż-żwiemel biex ma jiġrux fil-festa fix-xemx u li studenti jiġru fix-xemx u f'dik is-sħana ma ngħidu xejn," tgħid l-omm.
Hi tappella biex tittieħed azzjoni: "Nixtieq li jieħdu passi fuq din il-ħaġa għax hija tal-mistħija u mhux sewwa fuq l-istudenti tagħna."
No comments:
Post a Comment